Ivan Vella

Baritonu u Attur

Biography

Il-baritonu Ivan Vella beda l-karriera mużikali tiegħu mal-grupp Act React taħt id-direzzjoni ta’ Ray Mangion. Wara pparteċipa f’bosta kunċerti mal-Amadeus Chamber Choir u kanta bħala solist fit-tour li kellhom fil-Polonja. Kien ukoll parti mill-kor Manoel Opera għall-produzzjoni Aleko mmexxi mis-surmast Brian Schembri. Ivan deher għall-ewwel darba bħala solist mall-Banda Kristu Re f’kunċert li ngħata f’Raħal Ġdid. Is-surmast Joe Fenech stiednu jkanta bħala solist għall-kunċert Souvernir d’Italie fit-Teatru Salesjan. Wara dan is-suċċess, ingħata l-irwol Dulcamara fl-opra Elisir d’Amore ta’ Donizetti u ta spettaklu quddiem teatru mimli tal-Istitut Kulturali Malti, taħt il-bakketta ta’ Andre Paul Huber. Dan l-aħħar ingħaqad mat-TMYO (Teatru Manoel Youth Opera) fejn ħa sehem f’bosta kunċerti. Ivan beda l-istudji vokali tiegħu ma’ Ruth Sammut u Brian Cefai, u kompla l-istudji tiegħu mal-mezzo-sopran Deborah Harrison u ħa sehem bħala solist fil-kunċerti tal-Milied tagħha Deborah & Friends fil-Knisja ta’ San Patrizju f’Tas-Sliema. Bħalissa qed jistudja mas-sopran Miriam Cauchi.