F’#TakeOverThursday ta’ għada ser nieħdu ftit ta’ direzzjoni ġdida. Iva, għaliex magħna ser ikollna lil ħadd ħlief id-direttur artistiku ta’ Teatru Malta u l-kreatur/direttur ta’ Alice Fl-Art Bla Meravilji,
Sean Buhagiar
.
Meta ma ssibx lil Sean jaħseb, jew waqt xi telefonata issibu ġo teatru jaqsam il-viżjoni artistika tiegħu ma’ aritisti oħra, nies tal-produzzjoni u finalment mal-udjenzi. Wieħed minn ta’ ġewwa dan, jiġfieri żgur għandha tkun #TakeOverThursday tajba. Biex tkunu tafu aktar segwuna għada fuq Facebook u Instagram!