VII (SETTE) Reġa’ Magħna – Did-Darba fuq l-Iscreens Tagħkom!

Lestu għal Sette Giugno kif imiss, hekk kif VII (SETTE) – il-produzzjoni spettakolari li ħalliet lil kulħadd b’ħalqu miftuħ – ser tixxandar fuq it-televiżjoni b’xejn! 😍💥

• Fuq TVM il-Ħadd 7 ta’ Ġunju fl-4.15PM u
• Fuq TVM 2 it-Tlieta 9 ta’ Ġunju fl-10.30PM

Il-Produzzjoni tixxandar ukoll fuq Lovin Malta fl-okkażjoni tal-ewwel anniversarju 

The New Victorians ħolqu u ddiriġew din il-performance kontemporanja flimkien ma’ Erin Carter bħala kittieba, Simon Bartolo bħala traduttur, Luke Azzopardi bħala disinjatur tal-kostumi bl-appoġġ u l-kontribuzzjoni artistika ta’ camilleriparismode, Aldo Moretti bħala disinjatur tas-sett, u l-involviment ta’ ZfinMalta.

B’hekk, b’kollaborazzjoni ma’ FĊN, Teatru Malta tiċċelebra dan l-anniversarju nazzjonali billi xxandar dan l-ispettaklu mużikali liema bħalu.