27 . 03 . 20

Theatre DEPOŻIT – APPLICATIONS CLOSED

Jekk inti artist professional bbażat f’Malta li taħdem fit-teatru, għandna proposta għalik.

Għandek xi proġett li tixtieq tippreżentalna? Jew forsi tixtieq tippreżenta lilek innifsek biex tipparteċipa f’xi proġett ta’ Teatru Malta? Waqt dan iż-żmien ta’ inċertezza, Teatru Malta qed iniedi “Theatre Deposit”. Il-COVID-19 poġġa l-qasam tal-arti f’sitwazzjoni prekarja, fid-dinja kollha. Imma xorta nistgħu nkunu kreattivi.

X’għandna f’rasna?

Ovvjament nifhmu li x-xogħol m’għandekx bżonnu xi darba! Trid ix-xogħol kemm jista’ jkun malajr u, għalkemm ma nistgħux eżattament nagħtuk xogħol bħalissa minħabba li kollox wieqaf, dan ma għandux iwaqqafna milli nħallsu depożitu ta’ nofs il-pagament tiegħek minn issa! Qed tisma’ sew, 50% depożitu ISSA għax-xogħol li se tkun qed tagħmel XI DARBA! Titħallas issa u taħdem wara. Tingħata preferenza lil artisti professjonali freelance full-time. X’għandek tagħmel biex tikkonvinċina li għandek dak li hemm bżonn?

Attwalment qed nirrevedu l-programm tagħna tal-avvenimenti għat-tliet snin li ġejjin. Hekk hu, Theatre Deposit għandu skeda ta’ tliet snin (2020 – 2022). Irriduk taħseb magħna bil-quddiem, jew tista’ sempliċiment tikkommetti ruħek li taħdem ma’ Teatru Malta fit-tliet snin li ġejjin.

L-artisti jistgħu jew japplikaw biex jipparteċipaw fi proġett, jew jipproponu proġett huma stess. Dan imbagħad jiġi diskuss ma’ Teatru Malta meta jasal il-waqt u li huma soġġett għal finanzjament tal-istat disponibbli. Id-deċiżjonijiet jittieħdu abbażi tal-mertu artistiku u jkunu fid-diskrezzjoni tad-direttur artistiku. 

Hawn żewġ eżempji:

XENARJU 1

Inti attur jew attriċi full-time u tgħallem it-teatru wkoll; għandek l-esperjenza u l-kwalifiki u, traġikament tinsab bla impjieg. Tapplika għal Teatre Deposit, u tgħarrafna x’inhuma l-preferenzi artistiċi professjonali tiegħek, pereżempju teatru fiżiku kontemporanju, u l-medja tal-miżata tiegħek għal performance. F’dan ix-xenarju, nemmnu li hemm potenzjal tajjeb għalina biex naħdmu flimkien fit-tliet snin li ġejjin u naċċettaw li nagħtuk depożitu. Ladarba nsibu proġett li jogħġob kemm lilna u kemm lilek, id-depożitu tiegħek jitnaqqas mis-somma miftehma. Xorta għandna mnejn nitolbuk tagħmel audition għal dak ir-rwol u l-parteċipazzjoni tiegħek fi proġett tkun tiddependi mid-deċiżjoni tad-direttur. Il-miżata medja li tapplika biha mhix finali u tkun suġġett għar-rwol attwali fil-proġett li tingħata kuntratt għalih.

XENARJU 2

Inti tagħmel it-teatru, jew intom group ta’ artisti. Sfortunatament tlift il-biċċa l-kbira tad-dħul tiegħek għax-xhur li ġejjin. Għandek idea brillanti f’rasek li taħseb li tista’ taqbel mal-viżjoni ta’ Teatru Malta. Tgħidilna x’inhi l-idea u kif tixtieq tikkollabora, jekk tixtieqx li Teatru Malta jipproduċiha jew jikkoproduċiha u x’inhi l-iskeda għal din l-idea. Infurmajtna dwar kemm hija l-miżata artistika għal dan il-proġett. F’dan ix-xenarju, jekk nemmnu li l-proġett għandu potenzjal, naċċettaw li nagħtuk depożitu fuq il-miżata artistika. Din il-miżata artistika ma tkunx torbot. Fil-fatt, il-proġett, u l-baġit assoċjat miegħu, jiġu nnegozjati bejn iż-żewġ partijiet. Fil-proċess tan-negozjati, il-proġett għandu mnejn jidbiddel, jiżviluppa jew saħansitra jwassal għal proġett ieħor. Ladarba niftehmu dwar proġett, id-depożitu jitnaqqas mill-miżata artistika tal-proġett aħħari.

SKEDA TA’ ŻMIEN GĦAL THEATRE DEPOSIT

Minħabba ċ-ċirkustanzi, nixtiequ naġixxu daqsxejn malajr, u nitolbuk tagħmel bħalna.

Data ta’ Skadenza għall-Applikazzjoni: 15 ta’ April 2020 f’nofsinar.

Riżultati: 30 ta’ April 2020