26 . 02 . 20

Teatru Malta Tiġbor Disa’ Nominazzjonijiet għall-Premju Għall-Arti

L-ogħla għadd ta’ nominazzjonijiet għal organizzazzjoni waħda!

Ħarġu n-nominazzjonijiet għall-Premju Għall-Arti ta’ din is-sena u ma nistgħux inkunu aktar kuntenti! B’total ta’ disa’ nominazzjonijiet għall-produzzjonijiet tas-sena l-oħra, Teatru Malta hija uffiċjalment l-organizzazzjoni bl-aktar nominazzjonijiet. Qed inħossuna litteralment intiru bil-ferħ!

Prosit enormi lill-artisti u l-membri kollha tal-kru ta’ kull produzzjoni nominata. Ninsabu kuntenti immens narawkom tirċievu dak li jixirqilkom.

Bla ma nkomplu ntawlu, hawn hija lista tal-produzzjonijiet li huma nominati:

1) L-Aqwa produzzjoni: VII (Sette), kompożizzjoni u direzzjoni ta’ The New Victorians.

2) L-Aqwa Programm / Staġun Artistiku: Teatru Malta Staġun 2018/2019.

3) L-Aqwa Produzzjoni għat-Tfal u ż-Żgħażagħ: Trikki Trakki (Youth Theatre Festival), taħt id-direzzjoni artistika ta’ Antonella Axisa.

4) L-Aqwa Proġett Komunitarju: The Cospicua Short Play Festival, Proġett tal-Kunsill Lokali b’kollaborazzjoni ma’ Teatru Malta taħt id-direzzjoni artistika ta’ Joseph Galea.

5) L-Aqwa Proġett Komunitarju: Nassaba Song of a Bird, kitba ta’ Jimmy Grima, Michael Grima, Joachim Robbrecht. Artist ewlieni – Jimmy Grima.

6) L-Aħjar Proġett Komunitarju: Gawgaw: A Panto in the Dark, kitba u direzzjoni ta’ Marta Vella u Vikesh Godhwani.

7) Premju għall-Innovazzjoni: VII (Sette), kompożizzjoni u direzzjoni ta’ The New Victorians.

8) L-iktar proġett innovattiv: Gawgaw: A Panto in the Dark, direzzjoni ta’ Marta Vella u Vikesh Godhwani.

9) L-Għażla tan-Nies: VII (Sette), kompożizzjoni u direzzjoni ta’ The New Victorians.

Nawguraw lin-nominati kollha!