#TakeOverThursday – Robyn Vella

Il-mistiedna ta’ għada hija xi ħadd li wiċċha jitfaċċa kull fejn tmur fis-settur kulturali lokali. Kultant hi maniġer tal-produzzjoni, maniġer tal-palk, koordinatur tal-programm fi Studio 18 , membru tal-produzzjoni ta’ Dù Theatre u terz ta’ Just Another Collective. E, u kultant tista’ ssibha tirreċta wkoll … bħala banana ? Issintonizza magħna għada biex tipprova tlaħħaq mal-iskeda kkulurita ta’ Robyn Vella ❤️ żgur li mhux se tkun trid titlifha din!