#TakeOverThursday – Ritienne Zammit

Għada, għall-ewwel darba fl-istorja tat-#TakeOverThursday tagħna, se jkollna magħna disinjatur tal-moda, sinjuri u sinjuri!
.
Id-disinjatur Ritienne Zammit hija magħrufa l-aktar għad-disinji mhux daqstant konvenzjonali tagħha, ispirati mill-istorja ta’ Malta . Xogħolha huwa fuq kollox rinomat għall-preċiżjoni li bih jiġi mfassal, għall-vivaċità fl-istil tad-dettalji u għal kif kapaci jgħaddi messaġġi politiċi permezz tad-disinn✏
Mhux ta’ b’xejn ninsabu eċċitati immens biex naraw biex sejra toħroġ fir-rwol tagħha ta’ disinjatur tal-kostumi għall-produzzjoni tagħna tal-2022, Nouveau Riche .
.
Għaldaqstant lestu ruħkom u ngħaqdu magħna hekk kif Ritienne se tkun qed tieħu f’idejha u tittrasforma l-midja soċjali tagħna f’passarella tal-moda matul il-ġurnata kollha ta’ għada!