15 . 09 . 21

TakeOverThursday – Alex Vella Gregory

Għada se nilqgħu magħna ”dnegel” ta’ veru fil-#takeoverstage tagħna. Il-kompożitur u mużiċist Alex Vella Gregory ċertament mhuwiex wiċċ ġdid għalina ta’ Teatru Malta peress li kkollaborajna miegħu fuq numru ta’ proġetti bħal Il-Madonna Tiegħi Aħjar minn Tiegħek u Pope Joan, biex insemmu ftit.
.
Beħsiebna naħdmu saħansitra mill-qrib ma’ Alex fix-xhur li ġejjin imma għalissa intom kunu żguri li ssegwu t-takeover tiegħu ta’ għada; jew hekk jew araw tarawhx idur fit-toroq — ġeneralment issibuh għaddej fuq ir-rota tiegħu minn tarf sa tarf ta’ Malta. Dejjem jekk ma jkunx inqabad xi mkien iparla f’xi diskursata dwar il-festa ta’ San Gejtanu, jiġifieri.