07 . 01 . 21

Take Over Thursday: Antonella Axisa

Reġgħu waslu t-Take Over Thrusdays, il-Ħamisijiet fejn insiru nafu aktar mill-qrib lil xi personaġġ. Se nibdew din is-sena ġdida b’ħafna enerġija għax se jkollna magħna lil ħadd ħlief id-direttriċi tal-Festival Trikki Trakki nfisha, Antonella Axisa! Hija magħrufa l-iżjed bħala attriċi, għad-daħq tagħha u għal ħwejjiġha li dejjem ikunu ikkuluriti; iżda għada se nsiru nafuha aktar permezz tax-xogħol li qiegħda tagħmel qabel ma tiftaħ l-edizzjoni l-ġdida ta’ Trikki Trakki fil-ġimgħat li ġejjin. Ingħaqdu magħna għada fuq il-midja soċjali tagħna biex issegwu lil Antonella tul il-ġurnata tagħha ♥