Taħidta Teatru

Teatru Malta u Spazju Kreattiv qed jingħaqdu għal staġun ġdid u eċċitanti ta’ TAĦDITA TEATRU u int mistieden biex tkun magħna għal sensiela oħra ta’ diskussjonijiet u bibiti flimkien!


Din is-sensiela żviluppat u ffukat fuq il-programm għal dan l-istaġun ta’ Teatru Malta u l-programm ta’ teatru kontemporanju ta’ Spazju Kreattiv. Se toħloq spazju għal diskussjonijiet bejn il-kreattivi u l-pubbliku, sabiex il-komunità tkun tista’ tinvolvi ruħha, taqsam ix-xogħlijiet, tfaħħar u tagħmel ftit netwerking.

Huwa ta’ importanza kruċjali  għall-kreattivi li jpoġġu flimkien u jiddiskutu u jaqsmu ma’ xulxin dak li qed jiġri u dak li qed jaħsbu; għax jekk ix-xogħol mhux qed jiġi diskuss, jispiċċa jintemm fix-xejn. Tajjeb, ħażin jew ikrah, ejja nitkellmu dwaru, ovvjament b’xi tazza inbid f’idejna.