Sejħa għal Editur tal-Kontenut – Sejħa Magħluqa 

Bażi: Kuntratt ta’ servizz  

Ħlas: €12,000 (VAT mux inkluż)

Tul ta’ żmien: sena

Teatru Malta hu l-ewwel teatru nazzjonali Malti, li jiffoka fuq l-iżvilupp tat-teatru fil-Gżejjer Maltin.

Qegħdin infittxu li ningaġġaw persuna tal-esperjenza għal 20 siegħa fil-ġimgħa.  Il-persuna għandha toffri entużjażmu fis-servizz ta’ Editur tal-Kontenut biex tipproduċi u tikkordina l-aspetti kollha relatati mal-kontenut dwar Teatru Malta. Dan jinkludi kitba, editing, qari tal-provi u traduzzjoni ta’ testi diġitali u/jew pubblikati kif ukoll kitba għal fuq il-website ta’ Teatru Malta. L-Editur tal-Kontenut irid/trid jassigura/tassigura li l-kontenut kollu li jiġi ppubblikat, ikun ta’ kwalità għolja.

 

L-Editur tal-Kontenut jaqa’ taħt il-Kap tal-Produzzjonijiet.

Għal iktar informazzjoni fuq din is-sejħa, niżżel l-applikazzjoni