15 . 03 . 21

Naqilbu l-Gerijiet – Teatru Malta

Jekk il-jiem li għaddew affermaw mill-ġdid xi ħaġa, din kienet li aħna fiduċjużi fid-deċiżjoni tagħna li naqilbu l-gerijiet tal-produzzjoni u li l-performances kollha li oriġinarjament ippjanajna li nipproduċju jidħlu fi stat ta’ żvilupp għal din is-sena. Ilna naħdmu fuq dan għal dawn l-aħħar ġimgħat, madankollu dawn il-jiem li għaddew leħquna u nħossu li issa huwa ż-żmien it-tajjeb biex noħorġu l-pjanijiet tagħna fil-pubbliku.

X’nifhmu bi żvilupp? Ir-riċerka u żvilupp jew (R&D) huwa terminu li bażikament jiddeskrivi meta kumpanija tiddeċiedi li twettaq proġett, jew f’dan il-każ diversi proġetti, u tinvesti fl-iżvilupp tiegħu qabel ma tipproduċih, u għalhekk minħabba s-sitwazzjoni attwali f’dawn iż-żminijiet bla preċedent, ħassejna li nkunu qed nagħmlu aktar ġustizzja lejn il-proġetti tagħna, il-kollaborazzjonijiet u l-etos ta’ Teatru Malta, biex nibdlu l-gear tagħna lejn l-iżvilupp tal-proġetti futuri tagħna.

Aħna teatru nazzjonali orjentat lejn il-produzzjoni bil-prijorità ddikjarata li niżviluppaw udjenzi  filwaqt li ngħinu biex nipprofessjonalizzaw is-settur tagħna. Madankollu m’aħniex ibbażati fuq post u lanqas nużaw ensemble; noħolqu forom varjati ta’ teatru fi spazji varjati. Dan ifisser li rridu nibdew mill-bidu meta niġu għal postijiet ġodda, tagħmir, stadji u oħrajn. Irridu noħolqu proġetti innovattivi u xogħol ibbażat fuq il-komunità mimli avvenimenti u ma rridux nagħmlu kompromess dwar il-kwalità tal-proċess jew dik tal-prodott. Huwa għalhekk li bħalissa nemmnu li l-produzzjoni tax-xogħol li rridu nipproduċu bħalissa ma tagħmilx sens għall-kumpanija nazzjonali tat-teatru f’termini ta’ użu ta’ fondi pubbliċi meta mqabbla mal-ammont ta’ nies li jistgħu jaħdmu fuqhom jew jesperjenzaw l-ispettakli li rridu noħolqu.

Minbarra dan aħna nemmnu li diġà hemm biżżejjed xogħol tajjeb li qed jiġi prodott minn sħabna organizzazzjonijiet kulturali pubbliċi oħra, li għandhom postijiet jew jimpjegaw ensembles, u matul żmien fejn jista’ jkun ta’ sfida li jkollok udjenzi, għandna nħallu wkoll spazju tajjeb għas-settur privat.

Dan ifisser li matul ix-xhur li ġejjin Teatru Malta se jinvesti fir-riċerka tas-suġġetti, t-temi u l-midja kollha meħtieġa biex nipproduċu l-ispettakli li konna qed nippjanaw mal-artisti kollaboraturi tagħna li wħud minnhom ibbenefikaw mill-inizjattiva tagħna Theater Depożit is-sena l-oħra. Apparti l-artisti assoċjati tagħna, Luke Saydon, Abigail Mallia, Prof Gordon Calleja, Teatru Anon, Moveo Dance Company, Alex Vella Gregory, Andre Mangion u The New Victorians huma biss ftit mill-produtturi tat-teatru li se nkunu qed naħdmu magħhom fuq għadd ta’ proġetti li jvarjaw minn teatru fiżiku għal musicals fid-dlam fix-xhur li ġejjin.

Dawn l-artisti jaqsmu l-fehma tagħna li fi żminijiet inċerti bħal dawn li nidħlu fi stadju ta’ żvilupp huwa verament l-iktar mod loġiku u prattiku ‘l quddiem għal Teatru Malta. B’hekk inkunu nistgħu nittellgħu l-aħjar performances possibbli għall-udjenzi kollha tagħna, meta jasal il-waqt. Minbarra dan, irridu naħdmu fuq il-preservazzjoni tal-ispettakli mgħoddija tagħna, il-possibbiltajiet ta’ touring, kif ukoll ninvestu f’postijiet tal-provi. L-inizjattivi l-oħra tagħna bħall-Atelier Francis Ebejer u Klassi tas-Surmast se jkomplu għaddejjin. Għad għandna ħafna x’nagħmlu.

Bħala kumpanija tat-teatru drajna nsolvu l-problemi u nibdlu l-affarijiet fl-aħħar minuta. Madankollu, minkejja li xejn minn dan mhu ġdid għalina, dawn iż-żminijiet urew li huma bla preċedent u għalkemm ma xtaqna xejn aktar milli nkunu lura fit-teatru sal-2021, inħossu li għadna m’aħniex lesti, u dan ukoll ma jimpurtax.

Għad nerġgħu ntellgħu t-teatru, u sakemm nagħmlu dan se nkomplu naħdmu minn wara l-kwinti.

Dawn huma t-titli proviżorji tal-produzzjonijiet li se jidħlu fi stadju ta’ Żvilupp fl-2021:

  1. Manwel Manwel
  2. Drago 
  3. Mother Courage ta’ Bertolt Brecht
  4. Kien hemm Siġra f’Nofs ta’ Triq
  5. Nouveau Riche
  6. Il-Fidwa tal-Bdiewa ta’ Ninu Cremona
  7. 2121
  8. HAN53
  9. Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri
  10. Dnegel u l-Mewt
  11. Gozo the Greek
  12. Billejl is-Suwed kollha xorta
  13. A Musical in the Dark
  14. The League of Youth ta’ Henrik Ibsen