09 . 04 . 21

Aġġornamenti mill-laqgħa bejn il-MEIA, TM u ACM.

Ilbieraħ Teatru Malta, il-Kunsill Malti għall-Arti u l-MEIA ltaqgħu biex jiddiskutu r-riżultat ta’ dak li seħħ il-ġimgħa l-oħra. Segwu aktar hawn taħt:

– Il-MEIA (l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Arti u l-Industrija tad-Divertiment) u Teatru Malta qablu li l-ispirtu ta’ djalogu u l-libertà tal-espressjoni huma ta’ importanza kbira għal din il-konversazzjoni. Il-MEIA esprimiet tħassib dwar is-sitwazzjoni attwali fis-settur tat-teatru, u enfasizzat il-ħtieġa għal sensittività u konsiderazzjoni.

– Teatru Malta ppropona li jsir stħarriġ professjonali, flimkien ma’ ACM (il-Kunsill Malti għall-Arti), biex jiġu stabbiliti mezzi preferuti ta’ komunikazzjoni mal-pubbliku ġenerali, u l-perċezzjoni pubblika ta’ Teatru Malta u l-programmi tagħha sabiex dan ikun jista’ jsaħħaħ ir-relazzjoni u t-trasparenza tagħha fis-settur.

– Il-MEIA qablet li tqassam dan l-istħarriġ lill-membri tagħha stess, bir-riżultati rispettivi kollha jiġu eventwalment ippubblikati minn Teatru Malta.

– Filwaqt li Teatru Malta u ACM ikomplu jemmnu fid-dritt li jeżerċitaw il-libertà tal-kelma, ġie rrakkomandat mill-MEIA li tiġi abbozzata linja gwida dwar prattika tajba mill-ACM li tiddettalja kif il-PCOs għandhom jimpenjaw ruħhom maċ-ċittadini individwali u l-pubbliku ġenerali.

– Teatru Malta se terġa’ tippubblika r-raġunament wara l-intenzjonijiet tagħha li tiffoka fuq ir-Riċerka u l-Iżvilupp issa, billi tindirizza din il-kjarifika lil kull min hu kkonċernat u interessat.

– Teatru Malta, MEIA u l-Kunsill Malti għall-Arti se jkomplu jaħdmu id f’id bit-tama li jissaħħaħ is-settur.

Ritratt ta’ Lindsey Bahia: Rinoċeronti (2019)