Linji Gwida għall-Klassifikazzjoni ta’ Produzzjonijiet Teatrali u Produzzjonijiet oħra fuq il-Palk skont l-Età

Wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-Kunsill Malti għall-Arti, l-Avviż Legali 416/2012 jistipula li ll-produzzjonijiet kollha teatrali u produzzjonijiet oħra fuq il-palk, li għalihom jista’ jattendi l-pubbliku, kemm bi ħlas jew b’xejn, għandhom jingħataw klassifikazzjoni skont l-età raġonevoli u xierqa, skont il-kategoriji tal-klassifikazzjoni skont l-età elenkati fir-regolament 6(1).

Il-linji gwida huma maqsumin kif imniżżel hawn taħt:

  • Ċertifikat U – Jistgħu jidħlu persuni ta’ kull età;
    • Ċertifikat GW – Jistgħu jidħlu persuni ta’ kull età iżda xi
    xeni jistgħu ma jkunux tajbin għat-tfal żgħar;
    • Ċertifikat 12A – Tajjeb biss għal persuni li għalquta’
    12-il sena, u fuqhom, iżda persuni ta’ età iżgħar minn
    12-il sena jistgħu jarawhom biss jekk ikunu akkumpanjati
    minn persuna adulta biss;
    • Ċertifikat 12 – Jistgħu jidħlu persuni minn 12-il sena
    ’l fuq;
    • Ċertifikat 15 – Jistgħu jidħlu persuni minn 15-il sena
    ’l fuq;
    • Ċertifikat 18 – Jistgħu jidħlu persuni minn 18-il sena
    ’l fuq

Dawn il-linji gwida jistgħu jitniżżlu minn hawn, kif ukoll l-elementi tad-disinn minn hawn.

Dan id-dokument huwa miftuħ għall-konsultazzjoni sat-30 ta’ Ġunju. Jekk għandek xi kummenti ibgħat fuq info@artscouncilmalta.org.