03 . 05 . 21

L-AVVIZI: MEJJU 2021

Matul Mejju, Teatru Malta se jkun qed jirrevedi l-applikazzjonijiet tal-Klassi tas-Surmast u jippjana dak li jmiss għall-parteċipanti u għal Cheek by Jowl, li se jospitaw. Dan il-workshop għal parteċipanti adulti ta’ aktar minn 21 sena se jsir Għawdex f’Settembru li ġej u se jkun miftuħ għal prattikanti tat-teatru li diġà jaħdmu fis-settur. Għandna seba’ mitt sena biex nibdew!

Bħalissa qed jinbdew aktar mill-produzzjonijiet li ġejjin tagħna: Manwel Manwel, il-koproduzzjoni tagħna ma’ FCN, li se tiċċelebra ċ-ċentinarju mill-mewt ta’ Manwel Dimech – soċjalist, filosfu, ġurnalist, kittieb, poeta u riformatur soċjali. L-ispettaklu se jittella’ f’Diċembru f’post li għalissa se nżommu mistur, u saħansitra isem id-direttur ta’ dan ix-xogħol se jitħabbar ukoll fil-ġimgħat li ġejjin, bħala l-ewwel mistieden tas-serje podcast ġdida tagħna – Teatru Redifjuxin – pjattaforma ġdida fejn se nkunu qed niffukaw b’mod speċjali fuq il-vjaġġ tagħna fl-R&D tal-2021 kif ukoll suġġetti interessanti oħra li ninsabu ċerti li l-udjenzi tagħna se jsibu divertenti. Kun żgur li tidħol tismagħna!

Il-produzzjoni kontemporanja tagħna tat-teatru biż-żfin għall-2022, Nouveau Riche, ukoll tidħol sew fl-R&D. L-auditions f’April irriżultaw fl-għażla definittiva ta’ żewġ rwoli ewlenin biex issa l-kittieb u direttur Simon Bartolo qed jaħdem mill-qrib mad-direttur tal-moviment Dorian Mallia u l-kollaboraturi Moveo Dance Company biex ifasslu din il-fantasija kemmxejn makabra għall-adulti. Aktar dwar dan fuq is-soċjali tagħna dalwaqt – ibqgħu aġġornati.

Il-proġett Renaissance tal-Konvenzjoni tat-Teatru Ewropew se wkoll se jkollu l-premiere tiegħu dan ix-xahar! Teatru Malta huwa wieħed mit-tnejn u għoxrin teatru tal-Konvenzjoni Ewropea tat-Teatru (ETC), minn 18-il pajjiż Ewropew li qed jieħdu sehem f’dan il-proġett li jieħu mill-filosofija, il-fantasija, u l-pressjoni li qed ngħixu taħtha f’din il-pandemija biex jipproduċi serje oriġinali ta’ films drammatiċi qosra li se jkunu disponibbli biex narawhom id-dar b’xejn. Segwi lil Leah b’għajnejha miftuħin beraħ waqt li tiskopri d-dinja maġika tal-kotba u tiċċelebra l-passjoni tagħha għall-qari u t-teatru.

Fil-film qasir se naraw lil Leah Grech u Ian Moore b’ċinematografija ta’ Karl Andrew Micallef, mużika oriġinali ta’ Yasmin Kuymizakis, u kitba u direzzjoni ta’ Sean Buhagiar. Grazzi ħafna lil Palazzo Falson u lil Guttenberg Press li qed jagħmlu dil-“ħolma” realtà 😉

Agħti daqqa t’għajn lejn it-trailer u ingħaqad magħna hekk kif ngħoddu b’lura lejn il-premier li se jkun fid-9 ta’ Mejju bejn 00:00 u 23:59 CET! Il-film Rinaxximent se jkun disponibbli fid-9 ta’ Mejju għal ġurnata waħda biss u mbagħad kompletament “on demand” mit-Tnejn 24 ta’ Mejju ‘l quddiem mill-website tal-Konvenzjonijiet tat-Teatru Ewropew  

 

Qabel ma nħallukom, nixtiequ wkoll nifirħu lir-rebbieħa ta’ #TislibaTeatru, Jessica Fenech! Wara li bagħtitilna t-tweġibiet korretti tagħha li tistgħu taraw hawn taħt, aħna kuntenti li għamilna kuntatt magħha u nagħtuha l-maskra tal-għajnejn esklussiva tagħna Teatru Malta × SefFarrugia. Nixtiqulha rqad tajjeb u ħolm sabiħ dwar ħafna tislibiet minn issa ’l quddiem!

Għal aktar tagħrif dwar l-iżviluppi l-aktar reċenti kollha tagħna fejn jidħlu l-produzzjonijiet li bħalissa jinsabu f’R&D, inkiteb fin-newsletter tagħna, segwina fuq il-midja soċjali u attenta għall-artikli regolari fuq Encore Magazine.