L-AVVIZI – MARZU
Dan ix-xahar kollox idur madwar Trikki Trakki! It-tfal kważi laħqu l-linja finali u din il-ġimgħa se jaslu għall-aħħar jiem ta’ workshops u provi qabel ma jibda l-eċitament tal-ġimgħa d-dieħla, il-ġimgħa tal-produzzjoni! Dan mhuwiex Festival Trikki Trakki tipiku – din hija l-Edizzjoni Pandemonju li tfisser li l-workshops u l-provi kollha se jkomplu jsiru online sakemm il-ġimgħa d-dieħla kulħadd imur fil-Blue Box. Imma xorta nżommu distanza soċjalment sikura, f’antiċipazzjoni tal-wirjiet matul it-tmiem il-ġimgħa tat-13 u l-14 ta’ Marzu. Ħadna l-prekawzjonijiet kollha biex nissalvagwardjaw lil dawk li qed jipparteċipaw jew isegwu, u issa għandna ġenn biex naraw dak kollu li ġabru flimkien għar-raba’ edizzjoni ta’ dan il-festival mill-isbaħ.
L-Atelier Francis Ebejer wasal ukoll fl-aqwa tiegħu. Propju l-ġimgħa li għaddiet ħabbarna l-ewwel grupp ta’ membri tiegħu u għamilna s-sessjoni inizjali għal kulħadd. Il-membri kollha ltaqgħu flimkien mad-diretturi artistiċi u l-artisti assoċjati fl-istudio theatre tat-Teatru Manoel. Saħansitra b’2 metri bejnietna u bi trasmissjoni live fuq Zoom għal dawk li ma setgħux ikunu magħna personalment, is-sessjoni xorta rnexxielha timxi ħarir. Aħna ħerqana għal ħafna iktar sessjonijiet tal-Atelier li jagħtu l-frott matul ix-xhur li ġejjin.
Jekk wasalna f’Marzu, allura dan ifisser li l-Jum Dinji tat-Teatru qiegħed wara l-kantuniera. Ifisser ukoll li hemm xi aħbarijiet “sorpriżi” maħżuna għall-udjenzi tagħna. Ma nistgħux niżvelaw wisq għalissa, imma kun żgur li ssegwi l-website u l-midja social tagħna fis-27 ta’ Marzu.
Grazzi lil kull min daħal jara Karnival Bazaar id-Dar, mini serje divertenti tal-Karnival DIY fi sħubija ma’ Festivals Malta. It-3 episodji kollha dwar kostumi, props u maskri tista’ ssibhom fuq Facebook u l-website tagħna. Segwi din il-link jekk m’għadekx ma rajthomx.
Qabel ma nħalluk, tajjeb li nfakkruk li jekk ma kellekx ħin taqra r-reviżjoni ta’ Mattea Fo dwar Alice fl-Art bla Meravilji, agħfas waħda hawn ħalli taqraha.

Mattea hija n-neputija tal-kittieba ta’ Alice fl-Art bla Meravilji – Franca Rame u Dario Fo – kif ukoll il-president tal-Fondazione Dario Fo e Franca Rame. Jekk int edukatur jew tifforma parti minn organizzazzjoni li interessata li tordna l-pupa ta’ Alice, allura jekk jogħġbok segwi din il-link biex issir taf kif.
Grazzi tal-qari u narawkom f’April!