07 . 06 . 21

L-AVVIŻI – ĠUNJU 2021

Is-sajf għoddu magħna u miegħu jġib l-iskadenza tas-sejħa tagħna għar-Riċerka u l-Iżvilupp ta’ Il-Fidwa tal-Bdiewa ma’ The New Victorians. Din hija opportunità unika biex tinqafel ma’ grupp ta’ artisti biex toħloqu u taħdmu flimkien fl-istess spazju sikur. Għandek sal-20 ta’ Ġunju biex tapplika u allura taħlix ħin! Ikklikkja hawn. Jekk għandek xi mistoqsijiet ibagħtilna email jew ibagħtilna messaġġ fuq facebook u nirrisponduk malajr kemm jista’ jkun.

Ġunju jfisser ukoll li huwa x-xahar tal-Konvenzjoni tat-Teatru Ewropew, u dan ifakkarna biex nifirħu mill-ġdid lill-awtriċi u artista assoċjata Simone Spiteri li l-kitba tagħha kkummissjonata minn Teatru Malta għadha kemm ġiet aċċettata biex tkun parti minn ‘Pipelines’ – Proġett kollaborattiv ġdid tal-ETC li jittratta l-mistoqsija “X’tip ta’ drama tipprovoka l-enerġija fossili f’pajjiżek?”. Inħossuna eċċitati li ntellgħu dan il-work-in-progress fl-2022.

U, ladarba qegħdin fuq is-suġġett tal-ETC, tajjeb ngħidu li Teatru Malta se jkun preżenti (bis-serjetà) l-Awstrija l-ġimgħa d-dieħla għall-Konvenzjoni Ewropea tat-Teatru 2022 li se ssir fil-belt sabiħa ta’ Graz. Il-Koordinatriċi tal-Programm Artistiku Mireille Estelle Camilleri se tkun qed tirrapporta live matul il-konvenzjoni fit-Takeover Thursday tal-ġimgħa d-dieħla, li nistgħu nassigurawk, mhux se tkun trid titlifha! Issintonizza magħna għall-aġġornamenti eċċitanti kollha tal-konvenzjoni.

Smajtu l-ewwel podcast tagħna? Nissuġġerulek tisimgħu għax huwa tajjeb (erġajna bis-serjetà hawn). Tassew huwa interessanti ħafna u taf x’inhu aktar interessanti? Li matul l-ewwel episodju ta’ Teatru Redifjuxin, ospitat minn Christian Debono tagħna stess, intervistajna lil persuna tat-teatru, edukatur, riċerkatur, kif ukoll skont ma għadu kif ġie mħabbar, id-direttur u kittieb tal-proġett dwar Manuel Dimech – Dr Victor Jacono. Xidd dawk il-headphones int u sejjer ix-xogħol jew waqt li tkun fuq il-brejk u ismagħna ftit.

U jekk forsi m’intix fil-burdata għal podcast allura agħti ħarsa lejn il-film qasir tagħna Rinaxximent. Dan il-film ikklassifika fost l-aqwa 10 films parteċipanti u se jintwera fil-festival prestiġjuż online ‘The Theatre Times’, għandu l-attriċi żagħżugħa Leah Grech u huwa disponibbli on demand permezz ta’ din il-link.

Għalissa se nkomplu ngħarrxu għall-postijiet f’Malta u Għawdex kollha fejn nistgħu ntellgħu produzzjoni tas-sena d-dieħla filwaqt li nagħmlu konversazzjonijiet ma’ xi żewġ ministeri, kreattivi u komunitajiet anzjani biex nirfinaw għadd ta’ proġetti li ġejjin – żmien eċċitanti tassew.

BONUS: ARA kif Leah tirreaġixxi meta tara lilha nfisha fuq l-iskrin għall-ewwel darba minn meta ġie ffilmjat Rinaxximent f’Marzu li għadda u tiddiskuti t-tema tar-Rinaxximent fit-teatru.

Trid tkun taf aktar dwar x’inhu jiġri f’Ġunju? Segwi din il-link