28 . 01 . 21

L-Artisti Assoċjati ta’ Teatru Malta

Dan l-aħħar Teatru Malta mhux talli sar membru sħiħ tal-Konvenzjoni Ewropea tat-Teatru iżda għandhom ukoll xi affarijiet important fil-komma għall-2021! Bdew bl-introduzzjoni tal-artisti assoċjati tagħhom. Il-Programm tal-Artisti Assoċjati huwa opportunità ġdida u eċċitanti għal mhux iktar minn 6 artisti biex jikkollaboraw ma’ Teatru Malta u jaqsmu l-għarfien, il-kompetenzi u r-riżorsi tagħhom għal aktar żvilupp tal-prattiċi artistiċi tagħhom stess u tal-kollegi tagħhom.

Min irnexxielu? Agħti naqra ħarsa lejn dan il-filmat biex issir taf. Din is-sena l-kumpanija nazzjonali tat-teatru se tkun qed taħdem mill-viċin ma’ Jimmy Grima, Lee-N Abela, Marta Vella, Paul Portelli, Simon Bartolo u Simone Spiteri, li kollha se jkunu qed jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom u jinvolvu ruħhom fi proġetti speċifiċi li tħejjew għas-sena l-ġdida. Jekk se niġġudikaw Teatru Malta mill-kumpanija li qed iżommu allura ejja ngħidu li aħna eċċitati naraw x’hemm lest għalina fix-xhur li ġejjin.

L-artisti assoċjati huma kollha professjonisti u prattikanti bl-esperjenza fis-snajja tagħhom, mill-kitba għar-reċtar, għad-direzzjoni, l-artisti kollha magħżula għandhom rikkezza ta’ għarfien u esperjenza biex iġibu magħhom għadd ġmielu ta’ ideat kreattivi.

Proġett ieħor flimkien mal-programm tal-Artisti Assoċjati ta’ Teatru Malta huwa l-Atelier Francis Ebejer imġedded ta’ Teatru Malta b’kollaborazzjoni mat-Teatru Manoel u Spazju Kreattiv. Dan il-proġett ilu jitħejja għal żmien twil u ġej mill-predeċessuri tiegħu il-Premju u mbagħad il-Proġett Francis Ebejer. Issa li lestew il-bord tal-artisti assoċjati tagħhom, kull min huwa interessat li eventwalment jkun parti mill-Atelier jista’ japplika llum. L-Atalier għandu l-għan li jkun spazju sikur biex niddiskutu, niddibattu u nipproduċu t-teatru.