KWARTA KWARANTINA
SEJĦA GĦALL-ARTISTI PERFORMATTIVI KOLLHA!
Dan żmien iebes għall-arti. Dawk li jagħmlu t-teatru għaddejjin minn jumejn kemmxejn ibsin. Ningħaqdu f’solidarjetà mal-kollegi tagħna, mal-imsieħba, kollaboraturi u sħabna li kellhom jikkanċellaw jew jipposponu spettakli minħabba l-passa tal-Coronavirus.
Nafu xi jfisser li jkollok tibdel id-dati u tiskeda mill-ġdid, tbiddel il-palk u terġa’ tikkonċepixxi produzzjoni. Nifhmu. Fost dan kollu, irridu nagħmlu xi ħaġa GĦALIK u lesti li nħallsu għaliha, OVVJAMENT.
X’GĦANDNA BŻONN?
CO-VIDjo (ċajta!) li jkun twil sa 15-il minuta (kwarta, ftehimna?)
Irriduk tagħmel recording awdjoviżiv tiegħek innifsek qed tagħmel … li trid, l-aqwa li xi ħaġa artistika! Sempliċiment teatrali! Xi ħaġa astratta, tal-ġenn, mainstream – tkun xi tkun. Jista’ jkun vidjo tiegħek solo, jew fi grupp.
Hawn xi ftit possibbiltajiet (imma tillimitax ruħek, tista’ żżid aktar!)
- Spettaklu teatrali, skeċċ, skit jew narrazzjoni
- Qari sabiħ ta’ xi poeżija
- Żifna interattiva mal-ġirien
- Biċċa teatru mużikali oriġinali bi strumenti u appliances tad-dar
Se nagħżlu l-ideat li nemmnu jistgħi jagħmlu l-aħjar vidjos possibbli. Wara li nirċievu l-applikazzjoni tiegħek se ninfurmawk jekk l-idea tiegħek intgħażlitx. Is-selezzjoni titħalla f’idejn id-direttur artistiku. Teatru Mala mbagħad se jagħti €100 lil kull performer/artist involut, wara li jirċievi invojs. Kull artist irid ikollu Numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT. L-applikazzjonijiet jistgħu jaqbdu deħlin il-Ġimgħa 13 ta’ Frar (Friday the 13th, bro!!) u jagħlqu f’nofsinhar tal-20 ta’ Marzu. Il-vidjos kollha magħżulha fil-lista qasira se jittellgħu fuq il-paġna tal-FB ta’ Teatru Malta. L-ERBGĦA favoriti tagħna mbagħad jittellgħu fil-Jum Dinji tat-Teatru, nhar is-27 ta’ Marzu 2020.
Il-vidjo għandu jintbagħat lil Teatru Malta u jittella’ esklussivament minna stess, il-proprjetà kreattiva tal-vidjo tibqa’ tal-artisti.
Applikazzjonijiet bid-dettallji hawn taħt għandhom jintbagħtu lil contact@teatrumalta.org.mt
- Isem u Kunjom tal-Artist Ewlieni
- Esperjenza relevanti fl-arti performattivi (100 kelma)
- Ismijiet u kunjomijiet tal-artisti u rwoli parteċipanti oħra
- Esperjenza relevanti fl-arti performattivi (100 kelma)
- Deskrizzjoni tal-vidjo (200 kelma)
Insomma naħseb li fhimtu, le? Attenti li ma tqegħdux lilkom infuskom f’riskju waqt li tagħmlu l-vidjo. Aħslu jdejkom sew kemm qabel kif ukoll wara. Ovvjament ogħrkuhom għal 20 sekonda kull darba. CO-VID 19 mhijiex xi ħaġa li nistgħu nieħdu biċ-ċajt, imma nixtiequ nagħmlu l-aħjar li nistgħu mis-sitwazzjoni. Bħala Kumpanija Nazzjonali tat-Teatru, nafuh lill-artisti u l-udjenzi tagħna.