23 . 04 . 21

Jum Dinji tal-Ktieb 2021

Illum huwa l-Jum Dinji tal-Ktieb!
📚📚
.
Hawnhekk hawn teaser mill-film qasir li lestejna dan l-aħħar bħala parti mill-proġett “Renaissance” tal-ETC, u aqta’ xiex? Rinaxximent ta’ Teatru Malta huwa dwar il-kotba, kotba u aktar kotba!
.
Segwi lil Leah kif jixegħlu għajnejha waqt li tiskopri d-dinja maġika tal-kotba u tiċċelebra l-passjoni tagħha għall-qari f’Mejju li ġej! Għalissa tista’ tgawdi ħarsa ċkejkna lejn dak li lestejna 😊
.
Ara Rinaxximent nhar il-Ħadd 9 ta’ Mejju (għal ġurnata waħda biss) jew mit-Tnejn 24 ta’ Mejju ’l quddiem.
_______________________
Flimkien ma’ Leah Grech & Ian Moore
Ċinematografija ta’ Karl Andrew Micallef
Mużika ta’ Yazmin Kuymizakis
Kirba u Direzzjoni ta’ Sean Buhagiar