17 . 01 . 18

Siparju

Matul l-2018, saru numru ta’ diskussjonijiet ma’ l-Università ta’ Malta, u ġiet stabbilita triq ‘il quddiem biex tiġi kkummissjonata dottorat li jiffoka fuq ir-riċerka ta ‘l-istorja tat-teatru. F’Teatru Malta rridu noħolqu storja kritika tat-teatru f’Malta u għalhekk nixtiequ nibdew mill-perjodu ta’ wara l-gwerra sal-aħħar tas-seklu għoxrin, u possibilment il-bidu ta’ dan is-seklu.

 

Għad fadal ħafna xi jsir fl-2019, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ intervisti u traskrizzjonijiet tar-rakkonti ta’ atturi u diretturi anzjani. Qed nirriskjaw li l-memorja u x-xogħol li għamlu tul ħajjithom jintilfu jekk ma jiġux irrekordjati kif suppost permezz ta’ sforzi sistematiċi maħsuba tajjeb u jekk kull framment ta’ informazzjoni ma jiġix ikklassifikat kif suppost. Madanakollu d-dokumentazzjoni mhix biżżejjed. Aħna nixtiequ nanalizzaw u niddiskutu min kienu l-aqwa nies tat-teatru, għalfejn narawhom hekk, x’kienu u meta seħħew l-aktar avvenimenti importanti, liema ġrajjiet immarkaw ċerti deċenni, u affarijiet oħra simili.

Ibqa’ nfurmat
Żur www.teatrumalta.org.mt jew ibagħtilna email fuq contact@teatrumalta.org.mt għal aktar tagħrif dwar din l-inizjattiva unika.