PROGRAMM GĦAL KITTIEBA EMERĠENTI

Aħna nemmnu li għandna bżonn aktar kittieba li jiktbu għat-Teatru! Kollha kemm aħna nafu li l-kitba għat-teatru teħtieġ ħiliet speċifiċi; mhijiex bħall-kitba għall-films jew għall-kotba.
Apparti mill-impenji kontinwi tagħna biex nipprovdu opportunitajiet għal kittieba interessati li jiżviluppaw il-kitba tagħhom, aħna se nieħdu wkoll l-impenn li nipproduċu xogħol ta’ kittieb emerġenti. Kittieb emerġenti jista’ jkun kull min jagħti prova li għandu potenzjal li jikteb għat-teatru b’sustanza bir-rieda li jtejjeb il-kwalità u joħloq xogħlijiet ġodda.
Se jkun hemm għadd ta’ opportunitajiet għall-kittieba permezz ta’ attivitajiet bħall-One Act Festival tal-MADC li tiegħu din is-sena se nkunu ko-produtturi, kif ukoll proġetti oħra, fejn nemmnu li l-kittieba jistgħu jxandru x-xogħol tagħhom.
Permezz tan-netwerks, l-avvenimenti u l-festivals tagħna, aħna se nagħżlu kittieb jew kittieba li miegħu/magħha se naħdmu mill-qrib tul dik is-sena. Aħna se ngħinuhom jiżviluppaw l-ideat tagħhom u jaħdmu fuq produzzjoni għal Teatru Malta. Il-programm ta’ żvilupp se jkun imfassal speċifikament għall-kittieb/a partikolari u l-proġett. Meta naraw li x-xogħol ikun lest għall-produzzjoni, imbagħad se nippreżentawh għall-istaġun ta’ wara.
Din is-sena ħdimna ma’ André Mangion li ħoloq xogħol dwar il-boxing u Malta.
Jekk tixtieq tikkuntattjana dwar il-Programm għall-Kittieba Emerġenti, jekk jogħġbok ibgħat email jew ċempel lil Antoine fuq 21 220255. Ibqgħu segwuna għal aġġornamenti fuq il-websajt u l-midja soċjali tagħna.