06 . 02 . 19

ATELIER FRANCIS EBEJER

Fl-2018, Teatru Malta li hu inizjattiva tal-Kunsill Malti għall-Arti, issieħeb mal-MADC One Act Play Festival u ħoloq serje ta’ workshops u mentorships iddisinjati għal kittieba u diretturi ġodda.

May be an image of 27 people and text

Il-Membri tal- Atelier Francis Ebejer huma: Simone Ellul, Ira Melkonyan, Mike Basmadjian, Antonella Axisa
Chantelle Micallef Grimaud, Victor Jacono, Vikesh Godhwani, Lucienne Camilleri, Alex Vella Gregory, Malcolm Galea, Christine Francalanza, Michael Fenech, Philip Leone Ganado, Martin Gauci, Ruth Borg, Clive Piscopo, Charlotte Stafrace, Liliana Portelli and Chris Dingli.

Il-missjoni tal-kompetizzjoni serviet sew għall-viżjoni ta’ Teatru Malta, hekk kif l-interess dak iż-żmien u kif ukoll issa, hu li l-kumpanija nazzjonali tat-teatru tinvesti fl-irfinar tat-talent ta’ kittieba u diretturi Maltin żgħar li qegħdin ifittxu biex jirfinaw aktar f’xogħlhom. Dan kien il-Proġett Francis Ebejer.

Viva t-Teatru (2017)

Teatru Malta pprova wkoll jimraħ bil-programm il-ġdid tiegħu għad-Diretturi u Kittieba Ġodda, programm li kien ta’ suċċess, minkejja li kien għad fadal żvilupp xi jsir fih. Frott minn dawn il-programmi kienu d-direzzjoni ta’ Andre Agius fis-Serra (2018), il-kitba l-ġdida ta’ Andre Mangion: Raymond Fight Beck (2018) u n-New Victorians li dderieġu VII(2019), li kollha kemm huma kienu produzzjonijiet ta’ Teatru Malta.

 

Image may contain: 6 people, people smiling
Workshop tal-Kitba ma’ Brad Birch (2018) ritratt ta’ Elisa von Brockdorff

Fl-2019, Teatru Malta kompla b’dawn il-workshops, fejn issieħeb mal-MADC One Act Play Festival u mal-Cospicua Short Play Festival fejn aktar minn 12-il tim ta’ kittieba u diretturi kellhom l-opportunità li jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom permezz ta’ dawn il-mentorships.