L-ARTISTI ASSOĊJATI

PAUL PORTELLI
It-teatru. Attività li donnu qatt mhu se jirnexxili ngħaddi mingħajrha.

LEE-N ABELA
Jiena Lee-N Abela. It-teatru tant jispirani u jġenninli moħħi, ruħi, u kull m'għandi, li donnu l-ftuħ tas-siparju ta’ ħajti sab l-iskop tiegħu. Naffaxina ruħi li minn spazju vojt nista’ ninseġ univers ta' stejjer, viżjonijiet, karattri, kostumi, irtokki, ħsejjes, dwal, kuluri, li fih nivjaġġa u nitqanqal flimkien mal-udjenza minn kull qasam tal-ħajja.

SIMONE SPITERI
Jiena Simone Spiteri, attriċi, direttriċi u drammaturgu… Qatt ma rnexxieli nippreferi waħda aktar mill-oħrajn u ma naħsebx li qatt se nagħmel hekk.

SIMON BARTOLO
It-teatru jġib miegħu ħafna xogħol u ħafna sodisfazzjon... U mingħajru ma naħsibx li nista' nkun kuntent.

MARTA VELLA
Bħala tifla kurjuża qatt ma waqaft nemmen fil-maġija, u issa li kbirt inħoss li l-uniku post fejn nista’ nsibha huwa t-teatru.

JIMMY GRIMA
Jiena Jimmy, artist multidixxiplinarju u prattikant tat-teatru.