Ikkollabora

PROGRAMM GĦAL KITTIEBA EMERĠENTI
Aħna nemmnu li għandna bżonn aktar kittieba li jiktbu għat-Teatru! Kollha kemm aħna nafu li l-kitba għat-teatru teħtieġ ħiliet speċifiċi; mhijiex bħall-kitba għall-films jew għall-kotba. Apparti mill-impenji kontinwi tagħna biex nipprovdu opportunitajiet għal kittieba interessati li jiżviluppaw il-kitba tagħhom, aħna se nieħdu wkoll l-impenn li nipproduċu xogħol ta’ kittieb emerġenti.

IL-PROGRAMM GĦAD-DIRETTURI ŻGĦAŻAGĦ
Aħna nemmnu li għandna bżonn aktar diretturi!
Teatru Malta jixtieq jipprovdi appoġġ lil diretturi li għadhom qed jibdew il-karriera tagħhom. Kull sena nieħdu l-impenn li nafdaw waħda mill-produzzjonijiet tagħna f’idejn direttur/direttriċi żgħażugħ/a li għandhom inqas minn tletin sena.
Aħna nixtiequ li l-għadd ta’ diretturi professjonisti jiżdied u rridu ngħinuhom fl-istadji bikrin tal-karriera tagħhom. Se nkunu qed noffru għażla ta’ opportunitajiet biex ngħinu lil dawn id-diretturi jiżviluppaw is-sengħa tagħhom.