XILLALU

Ta\' Aġenzija Żgħażagħ

Time
TBA
Date
Marzu
Location
Varji

Din ġlieda? Din logħba? Dan huwa spettaklu taċ-ċirku! Sewwa wisq. Mela, aħsbu ftit. Hemm xi nies il-Belt bilqiegħda fil-post fejn jintefgħu kull nhar ta’ Sibt flgħaxija, u f’daqqa waħda jilmħu zewġ ġuvintur li qatt ma kienu rawhom qabel. Qisha se tinqala’ ġlieda. Taret daqqa ta’ ponn! Imma stenn, issa wieħed mill-ġuvintur qiegħed fuq spallejn l-ieħor. XILLALLU! Eżatt.

Artisti taċ-ċirku internazzjonali mill-isfera taċ-ċirku kontemporanju Ewropew se jingħaqdu ma’ professjonisti u prattikanti tat-teatru lokali li jħobbu l-istraordinarju biex joħolqu sensiela ta’ skits uniċi taċ-ċirku tat-triq fil-Belt Valletta u madwar il-gżira kollha. Dan il-proġett ta’ ċirku li jiċċaqlaq minn post għall-ieħor se jgħaqqad flimkien iċ-ċirku u l-ħiliet soċjali biex jiġu indirizzati kwistjonijiet soċjali attwali. Bl-Aġenzija Żgħażagħ bħala l-imsieħeb ewlieni għal dan il-proġett, il-komunità taż-żgħażagħ se tkun l-udjenza tagħna, filwaqt li t-toroq se jservu tal-palk tagħna.

Bi sħubija ma’ Aġenzija Żgħażagħ, Notte Bianca

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Bla Ħlas!

Tim tal-Produzzjoni

Maniġer: Christine Scerri

 

XILLALU

Varji Marzu