XILALLU

Ta' Teatru Malta

Jekk kien mingħalik li ma kontx se terġa' tara Xilallu wara Notte Bianca f'Ottubru li għadda, mela kellek żball! Dawk l-imqarqċin ta’ Xilallu jinsabu kkargati u lesti biex jidħlu sparati fl-2020, allura lesti ruħek għax beħsiebhom iwaqqfuk milli tkun qed tagħmel f'nofs il-Belt Valletta.

Time
TBA
Date
Ongoing - 2020
Location
Il-Belt Valletta

Jekk kien mingħalik li ma kontx se terġa’ tara Xilallu wara Notte Bianca f’Ottubru li għadda, mela kellek żball! Dawk l-imqarqċin ta’ Xilallu jinsabu kkargati u lesti biex jidħlu sparati fl-2020, allura lesti ruħek għax beħsiebhom iwaqqfuk milli tkun qed tagħmel f’nofs il-Belt Valletta. Wara li ħadu mentoring minn artisti Taljani mħarrġa fiċ-ċirklu, mill-iskola Flic Circus f’Awwissu li għadda, ġinnasti, free-runners, artisti u membri tal-grupp lokali Maltese Motion taħt id-direzzjoni tad-direttur tal-provi Claudio Carta u b’kollaborazzjoni ma’ Studio 18 ħejjew serje ta’ sorpriża tat-triq li għandhom ipaxxu lil min ikun preżenti.

 

Dan il-proġett kontinwu huwa magħmul minn għadd ta’ wirjiet ipprogrammati matul is-sena fejn kull wieħed minnhom jgħaqqad l-akrobazija, il-moviment, ir-reċtar u l-parkouring biex joħloq djalogu li jitfa’ dawl fuq kwistjonijiet soċjali attwali. Bl-Aġenzija Żagħżagħ bħala s-sieħeb ewlieni tagħna, il-komunità adoloxxenti hija l-udjenza tagħna, u t-toroq huma l-palk.

 

Attenti għax ġejjin!

B’kollaborazzjoni ma’ Studio 18, Maltese Motion, il-Kunsill Malti għall-Arti, Notte Bianca u Aġenzija Żgħażagħ

Informazzjoni fuq il-Biljetti

POST: Xi mkien fil-Belt Valletta

PREZZ: B’XEJN

LINGWA: Malti

Tim Kreattiv

DRAMATURG: Jean Marc Cafa
REHEARSAL DIRECTOR: Claudio Carta

XILALLU

Il-Belt Valletta Ongoing - 2020