Trikki Trakki – Youth Theatre Festival

Ta' Antonella Axisa

L-attriċi Antonella Axisa se tkun qed tmexxi l-ewwel Festival tat-Teatru għaż-Żgħażagħ ta’ Teatru Malta! Fejn? Fl-iskola tal-arti viżwali u tal-ispettaklu li għadha kif tnediet, l-MVPA - skola għal dawk iż-żgħażagħ żgħar u bravi li jħobbu l-arti. L-għan? Li t-talenti li għadhom qed jinbtu jingħataw l-opportunità jtellgħu produzzjonijiet fuq skala żgħira flimkien ma’ dan il-festival uniku, fejn il-Year 7s tal-MVPA se jippreżentaw il-produzzjoni finali tagħhom lill-istudenti tal-Year 6. L-istudenti, flimkien mal-għalliema tagħhom se jkunu mistennijin jaħdmu fuq kollox – minn disinn tas-sett, sa dwal, kostumi u kompożizzjoni tal-mużika, u dan kollu waqt li jkunu qed jaħdmu ma’ professjonisti li jaħdmu proprju fl-arti, fil-qasam li fih dawn l-istudenti jaspiraw li xi darba jiffurmaw parti b’mod professjonali.

Time
TBA
Date
11 u 12 ta' Mejju 2018
Location
Malta Visual & Performing Arts School (MVPA)

“It-tfal tajjeb li jtellgħu x-xogħol huma stess għal tfal bħalhom. Qabel kien isir il-festival tad-drama tal-iskejjel, u issa li hemm skola bħall-MVPA, nemmnu li wasal iż-żmien isir festival tat-teatru mit-tfal għat-tfal immexxi minn professjonisti fis-settur.”

Cast & Actors

Wakantanka

Direzzjoni: Josette Ciappara

The Shadow Monster

Direzzjoni: Chris Gatt

Fil-Bosk tas-Saħħara

Direzzjoni: Isabelle Gatt

Tim tal-Produzzjoni

Direttriċi tal-Festival: Antonella Axisa
Ko-Produtturi: Malta Visual & Performing Arts School (MVPA)

Trikki Trakki – Youth Theatre Festival

Malta Visual & Performing Arts School (MVPA) 11 u 12 ta' Mejju 2018