Trikki Trakki – Youth Theatre Festival

Ta'

Time
TBA
Date
1 - 6 ta' April 2019
Location
M Space, L-Imsida

Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni tiegħu, Trikki Trakki se jerġa’ jsir – did-darba ikbar u aħjar. Fil-fatt, din is-sena l-festival huwa miftuħ għall-iskejjel kollha tal-il-gżejjer tagħna! L-iskejjel li huma interessati jipparteċipaw, għandhom japplikaw bl-istudenti tas-seba’ sena tagħhom biex ikunu parti minn din l-esperjenza maġika. Sitta minn fost l-aqwa diretturi tat-teatru li għandna f’Malta se jingħaqdu ma’ sitt skejjel lokali biex itellgħu sitt adattazzjonijiet qosra ta’ testi klassiċi tat-teatru.

Dan il-festival uniku joffri liż-żgħażagħ opportunità biex joħolqu t-teatru taħt il-gwida u l-għarfien espert ta’ diretturi u għalliema professjonisti, biex b’hekk ikunu jistgħu jesperjenzaw il-proċess ta’ kif jaħdmu l-professjonisti fl-oqsma differenti tat-teatru filwaqt li jgħixu l-proċess tal-ħolqien ta’ produzzjoni teatrali mill-bidu nett. Mid-disinjar tal-kostumi sad-dwal, mill-bini tas-sett sal-props, dawn it-tfal se jkunu qed jagħmlu minn kollox!

Bi sħubija mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u d-Drama Unit

 

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

€2

Tim tal-Produzzjoni

Direttriċi tal-Festival: Antonella Axisa

Trikki Trakki – Youth Theatre Festival

M Space, L-Imsida 1 - 6 ta' April 2019