RINOĊERONTI ta’ Ionesco

Ta\' Eugène Ionesco

Time
TBA
Date
12-15 ta’ Settembru 2019
Location
TBA

Hemm xi ħaġa stramba għaddejja f’belt fejn qatt ma jiġri xejn stramb. F’din il-belt, belt normali ħafna mimlija nies li għandhom ħajja ordinarja ħafna, it-tip ta’ ħajja fejn  kull jum ikun dejjem l-istess, daqt se jiġri xi ħaġa assurda. Iżda x’jiġri meta dawn in-nies, dawn l-istess nies normali li inti ħsibt li tafhom tajjeb ħafna, jibdew jinbidlu? Tinbidel int ukoll?

Bħala parti mill-Proġett Klassiċi, Teatru Malta se jkun qed jippreżenta waħda mill-kapolavuri ta’ Ionesco li tifforma parti miċ-ċiklu ta’ Berenger. Rinoċeronti hija biċċa xogħol ta’ teatru assurd li tindirizza l-konformiżmu, l-isteriżmu tal-massa u l-aljenazzjoni, fost suġġetti oħra. Rinoċeronti ġie tradott u se jittella’ bil-Malti f’din l-adattazzjoni ġdida tal-kummiedja sewda klassika ta’ Ionesco. Rinoċeronti se jiġi ppubblikat ma’ klassiċi oħrajn ta’ Ionesco li ġew tradotti għall-Malti.

Bi sħubija mal-Università ta’ Malta

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

€ 20 / € 15 (konċessjoni)

Cast & Actors

Direttur:  Michael Fenech

Kittieb: Eugène Ionesco

Tradutturi: Albert Gatt u Clare Azzopardi

Maniġer tal-Produzzjoni: Nicole Blackman

Editur tal-Pubblikazzjoni: Dr Marco Galea

 

RINOĊERONTI ta’ Ionesco

TBA 12-15 ta’ Settembru 2019