POPE JOAN

Ta' Donna Woolfolk Cross / Susanne Felicitas Wolf

Time
TBA
Date
6,7,9,10,11,12 ta’ Lulju 2019
Location
Il-Foss tal-Imdina

Teatru Malta ssieħeb mal-Malta International Arts Festival biex iwasslilkom waħda mill-aktar stejjer kontroversjali li qatt eżistew.

Tifla prodiġju li tagħżel li tisfida d-destin tagħha, titwieled f’dinja konservattiva immens iddominata mill-irġiel. Hija żżomm rasha għolja u tibqa’ determinata, titgħallem taqra b’mod sigriet minn wara dahar missierha u tilbes ta’ tifel biex tkompli titgħallem fil-monasteru fejn idaħħluha bħala patri. Pope Joan jirrakkonta l-istorja ta’ mara li xejn mhu se jwaqqafha milli tikseb il-libertà u l-qawwa li huma tagħha bi dritt.  U li ssegwi l-vjaġġ tagħha biex issir, kif tgħid il-leġġenda, l-ewwel u l-unika Papa mara li qatt eżistiet.

L-istorja se tingħata l-ħajja minn tim ta’ atturi inkredibbli, immexxijin mid-direttriċi u drammaturgu ta’ esperjenza vasta Irene Christ. Il-produzzjoni tindirizza l-femminiżmu, l-identità tal-ġeneru, ir-reliġjon u għadd ta’ temi oħrajn. Dan huwa dak it-tip ta’ teatru li jkebbes id-diskussjoni, u aħna nħobbuha d-diskussjoni.

Bi sħubija mal-Kunsill Malti għall-Arti, Festivals Malta  il-Malta International Arts Festival, l-Ambaxxata Amerikana u l-Istitut Goethe

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

€ 20 / € 18 (konċessjoni)

Tim tal-Produzzjoni

Direttriċi: Irene Christ

Rumanz: Donna Woolfolk Cross

Adattazzjoni għall-palk: Susanne Felicitas Wolf

Maniġer tal-Produzzjoni: Joe Vella

 

POPE JOAN

Il-Foss tal-Imdina 6,7,9,10,11,12 ta’ Lulju 2019