GAWGAW: Pantomima Fid-dlam

Ta' Marta Vella u Vikesh Godhwani

PANTOMIMA FID-DLAM ĊAPPA

Time
TBA
Date
19 , 20, 21, 22, 23 ta' Diċembru 2018
Location
Planetarium Hall, Esplora

Il-Pantomima tal-Milied hi tradizzjoni annwali għal ħafna familji Maltin; hu dak iż-żmien speċjali tas-sena fejn igawdu lejla fit-teatru mal-maħbubin tagħhom. Imma ħadd qatt ma waqaf jaħseb dwar l-aċċessibbiltà tagħha, ħadd ħlief TeatruMalta, li kkummissjonat pantomima mmirata lejn udjenza nieqsa mid-dawl.

Mill-bidu l-għan tagħna kien li noħolqu spettaklu fejn kull min hu fl-udjenza jkollu l-istess esperjenza, li waslitna nieħdu d-deċiżjoni li l-ispettaklu jsir fi dlam ċappa. Ħassejna li ma kienx jagħmel sens li noħolqu produzzjoni li xorta kellha bżonn il-viżwali biex titgawda l-esperjenza sħiħa tagħha; aħna ma nħarsux lejn id-diżabbiltà bħala limitazzjoni imma bħala varjetà ta’ possibbiltajiet.

Il-mit Malti se jingħata l-ħajja minn kast eċċezzjonali fosthom Chucky Bartolo bħala d-Dama, Samuel Farrugia bħala t-Tfajjel Ewlieni, u Philippa Cassar u Joseph Zammit. Ingħaqad magħna għal din l-esperjenza sensorjali maġika li hi l-ewwel tat-tip tagħha f’Malta.

Cast & Actors

  • Chucky Bartolo
  • Joseph Zammit
  • Davinia Hamilton
  • Samuel Farrugia

Tim tal-Produzzjoni

Tim Kreattiv

  • Diretturi: Marta Vella & Vikesh Godhwani
  • Kittieba: Marta Vella & Vikesh Godhwani
  • Maniġers: Marta Vella & Vikesh Godhwani
  • Disinn tal-ħoss: Mario Sammut
  • Vocal Coach: Sean Borg

 

Tim tal-Produzzjoni 

  • Maniġer tal-Palk: Analisa Schembri
  • Assistenta Maniġer tal-Palk: Lorriane Bugeja

 

Kollaboraturi

  • CRPD (Commission for the Rights of People with Disability)
  • LESA
  • Esplora

GAWGAW: Pantomima Fid-dlam

Planetarium Hall, Esplora 19 , 20, 21, 22, 23 ta' Diċembru 2018