Min Hi?

Ta' Trevor Zahra

Time
TBA
Date
31 ta’ Ottubru, 1,2,3 ta’ Novembru 2019
Location
Varji

Hemm linja famuża minn film, li tgħid li f’Halloween, kulħadd għandu jieħu mqar qatgħa waħda tajba. Aħna ridna nagħmlu proprju dan. Teatru Malta se jkun qed jaħdem fuq sensiela ta’ installazzjonijiet tat-triq imnebbħin minn storja qasira miktuba minn ħadd ħlief dak li ħoloq lin-Nanna Ġenoveffa. Il-quċċata ta’ dawn l-installazzjonijiet se tkun spettaklu teatrali mhux tas-soltu li jqajjimlek ġismek xewk xewk. Pero’ qabel kollox, l-udjenza trid issibha. Imma lil min? nistħajjilkom tistaqsu.

Smajna li hemm mara xiħa stramba tiġri ’l hemm u ’l hawn. Qed iddur minn triq għal oħra u minn pjazza għal oħra – iżda ħadd ma jaf min hi jew għalfejn qiegħda hemm. Darba minnhom qabduha tqatta’ l-pupi u tgħaffġilhom rashom; min hi? Imbagħad darb’oħra bdew jgħidu li rawha fi sqaq mudlam, tmelles ras ħanżir bid-demm iċarċar ma’ saqajha; min hi? Il-ġimgħa l-oħra, tal-laħam qal lil tal-merċa li rawha tbeżlaq u tlissen ir-rużarju fl-istess ħin. Ħadd ma jaf fejn se terġa’ titfaċċa. Mela min il-istrina hi?

U fejn qed tistaħba?

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

€ 15 / € 12 (konċessjoni)

Tim tal-Produzzjoni

Kunċett u Direzzjoni: Ruben Zahra

Kittieb: Trevor Zahra

Immaniġjar tal-Produzzjoni: Soundscapes

 

Min Hi?

Varji 31 ta’ Ottubru, 1,2,3 ta’ Novembru 2019