MADC One Act Festival: L-Ewwel Att

Ta' MADC

Għall-ewwel darba fl-2018, il-One Act Festival tal-MADC se jkun qed jikkollabora ma’ Teatru Malta. Din il-kollaborazzjoni se tkun qed isseħħ għall-ewwel darba għal dan il-festival magħruf u maħbub. Nafu sew kif jaħdem – ħames drammi f’att wieħed imtellgħin fil-club rooms tal-MADC stess, iżda did-darba bl-għajnuna ta’ Teatru Malta u għażla fina ta’ kollegi esperjenzati. Se jsiru wkoll għadd ta’ workshops ta’ kitba u direzzjoni qabel il-festival, bit-tama li tiġi rfinuta s-sengħa diġà preżenti fil-parteċipanti. Il-premju? L-opportunità li l-ispettaklu rebbieħ jittella’ f’wieħed mill-aktar teatri popolari ta’ Malta.

Time
TBA
Date
6-9 ta’ Settembru 2018
Location
MADC Club Rooms

“Ħafna nies iħobbu t-teatru, iridu jagħmluh, imma ma jafux minn fejn jaqbdu jibdew. Ma ridniex inħottu knisja biex nibnu oħra, u għalhekk ħdimna mal-MADC One Act Festival li għandu storja sabiħa, sabiex dan il-festival isir aktar il-post fejn tibda tirriskja, u did-darba anke tikteb.’’

Tim tal-Produzzjoni

Ko-Produtturi: MADC
Kollaboraturi: Spazju Kreattiv
Maniġer: Stephanie Bonnici

MADC One Act Festival: L-Ewwel Att

MADC Club Rooms 6-9 ta’ Settembru 2018