Larinġa Mekkanika – A Clockwork Orange

Ta' Anthony Burgess
Time
7:30 pm
Date
20,21,22,23,24 ta’ Novembru 2019
Location
Valletta Campus Theatre, Valletta

A Clockwork Orange huwa “cult classic”. Iżda qabel ma sar film popolari, kien rumanz kontroversjali li jirrakkonta l-istorja ta’ żagħżugħ imħawwad ta’ ħmistax-il sena. Burgess kien qed jgħix hawn Malta fejn ħadem fuq il-gżira tagħna għal tul ta’ żmien.

Burgess kiteb dan id-dramm  famuż ibbażat fuq il-ktieb u din is-sena Teatru Malta ġew ikkummissjonati minn Żigużajg biex jipproduċu adattament ġdid ta’ dan il-kult klassiku, din id-darba għat-teenagers. Hekk hu, għat-teenagers. Bil-bullying, is-self-harm, id-drogi, il-vjolenza, l-identità tal-ġeneru u kwistjonijiet oħra li għadhom rilevanti sal-lum, A Clockwork Orange se jiġi tradott għall-Malti għall-ewwel darba f’verżjoni friska u attwali ta’ dan ix-xogħol tant maħbub.

Dan huwa teatru li jesplora l-oskurità permezz tad-delinkwenza minorili, il-gangs taż-żgħażagħ u suġġetti soċjali, politiċi u ekonomiċi oħra f’futur kważi distopiku.

Bi sħubija ma’ Żigużajg u Spazju Kreattiv 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

€5

Cast & Actors

Jamie Cardona
Paul Portelli
Charlotte Grech
Stephen Mintoff
Benjamin Abela
Monique Dimech Genuis
Mikhail Basmadjian
Isabel Warrington

Tim tal-Produzzjoni

Direzzjoni:  Sean Buhagiar

Kitba:  Anthony Burgess

Traduzzjoni:  Wayne Flask

Maniġer tal-Produzzjoni: Mireille Estelle Camilleri

ASM: Denise Perini

Direzzjoni Vokali: Sean Borg

Direzzjoni tal-MovimentCheryl Lofreda

Props Maker: Antoine Farrugia

Disinn tal-Ħoss: Mario Sammut

Disinn tad-Dawl: Late Interactive

Direzzjoni tal-Ġlied fuq il-Palk: Stephen Oliver

 

 

School Shows

Show 1: Il-Ġimgħa 22 ta’Novembru 2019: 9.30 – 10:45
Show 2: Il-Ġimgħa 22 ta’Novembru 2019:11:30 – 12:45

Tixtieq issir taf aktar? Mela kklikkja fuq il-pakkett tar-riżorsi hawn taħt biex tiskopri dak kollu li għandek bżonn tkun taf qabel tirriżerva!

Resource Pack: Edukaturi

Resource Pack: Studenti

Larinġa Mekkanika – A Clockwork Orange

Valletta Campus Theatre, Valletta 20,21,22,23,24 ta’ Novembru 2019