Ilħna Mitlufa (Lost Voices)

By Andrew Alamango

X’se tkanta meta titwieled it-tarbija tiegħek? U x’se tkanta meta tħoss in-nuqqas tal-maħbubin tiegħek? Kif se tesprimi x-xenqa ta’ dak li jkun għall-art mitlufa fejn trabbejna?
Fit-tfittxija ta’ dan il-leħen mitluf, L-Ilħna Mitlufa hi ċelebrazzjoni tat-tradizzjoni fir-ritmu u l-għana, espressjoni vokali li ntirtet mill-art li qabel konna tant marbutin magħha. Hu vjaġġ mużikali fit-tfittxija tal-leħen li xi darba kellna, użat minn dawk li ġew qabilna biex jesprimu l-biżgħat kif ukoll l-aspirazzjonijiet ta’ kuljum.

Storja antika, minsuġa minn kantanti passati u preżenti u rrakkuntata f’poeżija – imlissna, miktuba u rrekordjata - fejn l-għannej bħala l-poeta, il-kustodju tal-memorja, ir-rakkuntatur u l-kummidjant, jgħanni f’isimna u f’isem dawk li tilfu leħinhom biex b’hekk tigġedded it-tradizzjoni mhux miksura; li nkunu flimkien fil-għana.
Storja li ġġagħlek tfittex leħnek, u l-bżonn li tgħanni meta l-kliem ma jkunux biżżejjed.

Ħin
TBA
Data
12-13 ta’ Mejju 2018
Post
Teatru Salesjan

“L-għana hija wirt kulturali Malti b’udjenza anzjana. L-għana għandha wkoll ħafna stejjer. Stejjer li f’idejn dawn l-artisti nemmnu li jistgħu jagħmlu teatru mużikali eċitanti ferm.”

Team tal-Produzzjoni

Kittieb: Adrian Grima

Direttur: Andrew Alamango

Drammaturgu: Domenico Castaldo

Disinn Viżwali: Jimmy Grima

Maniġer: Nicole Blackman

Ilħna Mitlufa (Lost Voices)

Teatru Salesjan 12-13 ta’ Mejju 2018