Ilħna Mitlufa – Lost Voices

Ta' Andrew Alamango
Time
4:00 pm
Date
5 ta' Mejju 2019
Location
Teatru Astra, Victoria, Għawdex

X’se tkanta meta titwieled it-tarbija tiegħek? U x’se tkanta meta tħoss in-nuqqas tal-maħbubin tiegħek? Kif se tesprimi x-xenqa ta’ dak li jkun għall-art mitlufa fejn trabbejna?

Fit-tfittxija ta’ dan il-leħen mitluf, L-Ilħna Mitlufa hi ċelebrazzjoni tat-tradizzjoni fir-ritmu u l-għana, espressjoni vokali li ntirtet mill-art li qabel konna tant marbutin magħha. Hu vjaġġ mużikali fit-tfittxija tal-leħen li xi darba kellna, użat minn dawk li ġew qabilna biex jesprimu l-biżgħat kif ukoll l-aspirazzjonijiet ta’ kuljum.

Storja antika, minsuġa minn kantanti passati u preżenti u rrakkuntata f’poeżija – imlissna, miktuba u rrekordjata – fejn l-għannej bħala l-poeta, il-kustodju tal-memorja, ir-rakkuntatur u l-kummidjant, jgħanni f’isimna u f’isem dawk li tilfu leħinhom biex b’hekk tigġedded it-tradizzjoni mhux miksura; li nkunu flimkien fil-għana.

Storja li ġġagħlek tfittex leħnek, u l-bżonn li tgħanni meta l-kliem ma jkunux biżżejjed.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Prezz:  €5

Lingwa: Malti

Tul: 70 minutea

Cast & Actors

Anglu Theuma ‘Il-Kina’ – Ghannejja
Mariele Zammit – Ghannejja
Mikiel Cumbo ‘L-Izgej’- Ghannejja
Johnny Grima ‘Tal- Belt’ –  Prim Kittarist
George Aquilina ‘Nofs il-Lejl – Akkumpanjament
Andrew Alamango – Akkumpanjament

Tim tal-Produzzjoni

Andrew Alamango – Musical Direction, Research and Concept

Adrian Grima – Writing

Domenico Castaldo – Dramaturgy

Jimmy Grima – Visuals and Set Design
Andrew Zammit – Technical Set Up
Stage Manager – Matthew Micallef

Ilħna Mitlufa – Lost Voices

Teatru Astra, Victoria, Għawdex 5 ta' Mejju 2019