IL-KLASSI TAS-SURMAST: STELLA PULO

Ta\'

Time
TBA
Date
19-28 ta’ Awwissu 2019
Location
Is-Seminarju, ir-Rabat

Irridu l-monologi. Veru. Teatru Malta qed jikkummissjona l-monologi għas-sena d-dieħla u rridu nibdew minn hawn – billi ngħinu lill-atturi u lill-kittieba mogħnijin tagħna jiktbu u jirreċtaw il-monologi li jkunu kitbu huma stess. Fil-fatt Teatru Malta qed jospita pedagoga esperta u attriċi professjonista biex tiggwida lill-artisti tagħna joħolqu dan it-tip ta’ xogħol; monologi li għadhom ma ntqalux, li huma friski, kurrenti u li jistgħu jitturjaw.

F’Awwissu, se nkunu qed nilqgħu Klassijiet tas-Surmast immexxija mill-ewwel Awstraljana li ġiet onorata bħala membru għal ħajjitha fil-prestiġġjuż Actors Studio. Stella Pulo ħadmet l-Awstralja, New York, Pariġi, Tokyo, Londra u Edinburgh kemm bħala attriċi kif ukoll bħala edukatriċi. Intrigata mill-prospett li terġa’ tiġi lura hawn Malta, fil-pajjiż fejn twieldet, din is-surmast Awstraljana se tkun qed taqsam l-għarfien espert tagħha matul 11-il ġurnata uniċi u intensivi ta’ workshop dwar il-monologi. Bil-gwida u l-feedback tagħha u bil-kummenti kostruttivi minn parteċipanti oħra tal-workshop, l-atturi se jippjanaw, jiktbu u jagħmlu l-provi għall-monologu tagħhom b’mod kollettiv sakemm finalment se jippreżentaw parti mix-xogħol individwali tagħhom quddiem udjenza. Mela tlaqna. Il-monologu reġa’ magħna.

Informazzjoni fuq il-Biljetti

Reġistrazzjoni għall-Workshops: € 50

Biljetti: € 5

Tim tal-Produzzjoni

Direttriċi tal-Workshop: Stella Pulo

Maniġer tal-Proġett: Christian Debono

IL-KLASSI TAS-SURMAST: STELLA PULO

Is-Seminarju, ir-Rabat 19-28 ta’ Awwissu 2019