Ġulbiena – A Panto in the Dark

Ta' Teatru Malta

Time
TBA
Date
Diċembru 2020
Location
TBA

Ġaladarba r-reċtar fit-teatri huwa wisq assoċjat ma’ snin l-imgħoddija, aħna ddeċidejna li forsi jkun aħjar jekk ngħaddu għal affarijiet aktar storbjużi u le, m’aħniex nitkellmu dwar it-TV jew il-kompjuter! Immaġina li tista’ tara, le anzi, li tista’ tisma’ dan… Fadal siegħa waħda biss u n-nies tal-villaġġ jinsabu f’ferneżija ta’ preparamenti waqt li jħejju kollox għal mistieden verament speċjali, iżda hemm xi ħaġa nieqsa… Tgħid xiex? Il-Ġulbiena ovvjament! Problema waħda… din il-pjanta misterjuża ma tikbirx kullimkien.

Jinħtieġ volontier biex imur isib il-pjanta fir-remissa mudlama tas-Saħħara l-Kattiva, fejn qatt ħadd ma ażżarda jidħol qabel. Min se jkun l-iżvinturat li jintgħażel biex imur fuq dan il-vjaġġ perikoluż? U x’sorpriżi oħra hemm lesti għalih? Lestu ruħkom għal avventura maġika ġdida fuq ir-radju li se ssir darba waħda biss, fi żmien il-Milied!

B’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv

Ġulbiena – A Panto in the Dark

TBA Diċembru 2020