GAME

By Brad Birch

Il-linja li taqsam is-suċċess u l-falliment hija waħda rqiqa. F’mument wieħed, il-ħajja tista’ tinbidel. Dak kollu li qatt ħlomt bih, dak kollu li qatt bżajt minnu. Ġimgħa qabel waħda mill-aktar logħbiet importanti fl-istorja tal-klabb tal-futbol. Il-Maniġer tal-klabb, Christopher Vella, għandu fiduċja fit-tim tiegħu. L-unika mistoqsija tiegħu hija jekk huma għandhomx fiduċja fih. ‘Game’ huwa dramm dwar il-ħajja, il-lealtà, il-familja u l-futbol.

Ħin
TBA
Data
15, 17, 18, 21 23, 24, ta' Ġunju 2018
Post
L-Istadjum Nazzjonali Ta’ Qali

F’din it-Tazza tad-Dinja, Teatru Malta ħasbet biex tkompli mal-ferneżija tal-futbol bl-aħjar mod li taf kif; permezz tat-teatru! L-istorja? Ejja ngħidu li d-dramm hu dwar il-futbol wara logħba futbol! Kull lejl dan ix-xogħol teatrali ta’ Brad Birch, li għandu tul ta’ siegħa, se jibda fl-10pm, eżatt wara l-iscreenings tal-partiti live, li l-MFA se juru fit-8pm. X’hemm aħjar minn hekk? Id-dramm mhux biss hu miktub minn awtur Ingliż rebbieħ ta’ bosta ta’ premji imma għandu wkoll id-direzzjoni eċċellenti tat-Taljana Lisa Ferlazzo Natoli. Bla dubju din se tkun l-ikbar azzjoni li se taraw bejn l-Italja u l-Ingilterra matul l-istaġun ta’ din it-Tazza tad-Dinja!

GAME hi storja ta’ klabb tal-futbol lokali maħbub u l-familja li tmexxih. Il-Maniġer, l-aktar persuna rispettata fil-klabb, għadu kif miet u ħalla vojt warajh li ftit nies jistgħu jimlew. It-taħwid finanzjajru li ħalla l-Maniġer spiċċa biex waqqa’ fuq ibnu Chris, irwol maħdum minn Malcolm Galea, li minbarra l-luttu jrid jipprova jsib kaptu tiegħu.

 

Team tal-Produzzjoni

Kittieb: Brad Birch
Direttur: Lisa Ferlazzo Natoli
Ko-Produtturi: Unifaun Theatre Productions, Malta Football Association
Maniġer: Adrian Buckle

Atturi

Chris: Malcom Galea

Daniela: Erica Muscat

Peter: Stephen Oliver

Lisa: Julia Camilleri

Anthony: Davide Tucci

GAME

L-Istadjum Nazzjonali Ta’ Qali 15, 17, 18, 21 23, 24, ta' Ġunju 2018