Etikett
Teatru Malta u Moveo Dance Company jagħtuk merħba għal bankett ta’ tjubija, pranzu ta’ proporzjonijiet kbar li bl-ebda mod mhuwa l-festa li int imdorri għaliha. Dan huwa għaliex aħna nħossu li huwa ta’ importanza essenzjali li aħna ngħidu b’mod ċar li dan huwa bankett ta’ żfin u teatru, li kull wieħed mill-prinċipji tiegħu huwa unikament maħsub għas-sodisfazzjon tal-gosti tiegħek u għad-divertiment tiegħek. Madankollu din mhijiex produzzjoni tas-soltu. Din hija festa.
Hawnhekk toqgħodx tfittex il-formuli teatrali tipiċi, peress li aħna verament ċerti li dawn m’intix se ssibhom ta’ użu għalik. Etikett għandha l-ħsieb li twarrab dawn ir-regoli formali komunament assoċjati mal-avvenimenti gastronomiċi ta’ manjitud bħal dan. Jekk int dixxiplu tal-formalità, mela allura ara biss taħseb biex tixtri biljett peress li din il-prestazzjoni tista’ tkun fuq tagħha wisq, aggressiva u impertinenti ħafna għalik.
Dak li spjegajna s’issa jista’ jidher bħala xi ftit kontradittorju għat-titlu li ppreżentajnielek fuq dan il-patt kważi tal-fidda fi ħdan il-konfini tas-swali illustri tal-Bankett ta’ Bacchus li jinsab fl-aktar belt protetta u siekta f’Malta kollha. Ma nistgħux nargumentaw dwar dan, din il-produzzjoni hija kontradizzjoni sħiħa, avveniment li tant kemm huwa impossibbli li nsistejna li nagħmluh possibbli!
Qabel ma mmorru, nixtiequ nfakkruk biss li jekk attur jispiċċa fuq il-mejda tiegħek, forsi anke jieħu gidma mill-majjal jew il-ħuta tiegħek, jeħodlok maqrut jew jisraq xi ftit mill-inbid tiegħek, bl-ebda mod ma aħna responsabbli u mhux se nagħtuk il-flus lura għall-biljett tiegħek minħabba din l-imġiba pastaża. Ma jitqies xejn waqt din il-prestazzjoni, fi kliem sempliċi, int ġejt avżat.
TIM KREATTIV
Direttur: Simone Ellul
Direttur tal-Moviment: Dorian Mallia
Performers: Antonella Axisa, Sean Briffa u Żeffiena ta’ Moveo Dance Company: Diane Portelli, Charlotte Carpentier, Cindelle Bouard, Amelia Holdsworth, Gabriele Farinacci, Victor Hermundstad and Alexis Francis Lemoine
Mużika: Albert Garzia
Maniġer tal-Produzzjoni and Disinjatriċi tal-Kostumi: Sarah Grech
_______________________
Eta: 13+
Lingwa: Multilingwi