A STROKE OF BAD LUCK

Ta\' Simon Sharkey u Nanette Brimmer

Time
TBA
Date
9 - 12 ta' Mejju 2019
Location
MADC, Clubrooms, St. Venera

Colin kien il-Kummissarju Għoli għall-Awstralja f’Malta. Ġie Malta għax-xogħol, sab l-imħabba, telaq xogħlu u kompla jagħmel dik li kienet il-passjoni tiegħu tul ħajtu kollha hawn Malta, it-teatru. Is-Sur Willis kien sar isem familjari fil-produzzjonijiet teatrali lokali. Colin hija biċċa xogħol bijografika bbażata fuq il-ħajja ta’ Colin Willis, li tatu puplesija xi snin ilu, wara li emigra lejn Malta. Dan il-proġett huwa monologu personali u intimu ħafna li jagħti titwila lejn il-keded u d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom dawk kollha li jiffaċċjaw il-mard, mil-lenti ta’ Colin u ta’ dawk li huma l-eqreb tiegħu, partikolarment il-partner, l-attriċi u direttriċi ta’ esperjenza twila Nanette Brimmer. L-ispettaklu Colin se jkun id-debutt f’Malta ta’ Simon Sharkey, direttur tat-teatru stabbilit u eks-Direttur Assoċjat tat-Teatru Nazzjonali tal-Iskozja, li se jkun qiegħed jikteb ix-xogħol ma’ Nanette Brimmer, u anke jidderiġih.

Teatru aktar onest u intimu minn hekk mhux se ssibu.

 

Informazzjoni fuq il-Biljetti

€ 15 / € 12 (konċessjoni)

Cast & Actors

Attriċi: Nanette Brimmer

Tim tal-Produzzjoni

Ko-Kittieb u Direttur: Simon Sharkey
Ko-Kittieba u Attriċi: Nanette Brimmer
Maniġer tal-Produzzjoni: MADC

 

 

A STROKE OF BAD LUCK

MADC, Clubrooms, St. Venera 9 - 12 ta' Mejju 2019