L-Avviżi – Awwissu 2021

Wasal Awwissu u dan ifisser li wasal iż-żmien tax-shut down! Filwaqt li nixtiequ nistgħu ngħidu li se nagħlqu f’Awwissu, ma nistgħux nagħmlu hekk għax dik tkun gidba kbira. Fil-fatt se nkunu qed naħdmu matul ix-xahar kollu għax m’għandniex ħjiel xi jfisser it-terminu “shut down” imma awguri lil kull min ser ikun off! Ninsabu ħerqana biex naraw ir-ritratti tagħkom. Le, bla ċajt, għax dak hu l-eqreb li se jirnexxilna naslu lejn il-baħar dan ix-xahar.

Fil-fatt dan is-Sajf se ninxteħtu direttament fl-ewwel għadd ta’ provi għal Nouveau Riche. Din hija t-tieni darba li l-atturi tagħna u ż-żeffiena tal-kumpanija Moveo se jkunu qed jaħdmu flimkien minn meta kellhom l-R&D tagħhom ftit tax-xhur ilu. Simon Bartolo u Dorian Mallia huma lesti jpoġġu fuq is-siġġijiet tad-diretturi tagħhom u ma nistgħux inkunu aktar eċċitati naraw dan l-iskript jinbidel f’realtà! Ara l-proċess tagħhom fuq il-midja soċjali tagħna.

Għandna wkoll stħarriġ ġdid li bażikament se jiddetermina l-futur kollu ta’ Teatru Malta! U leee, qed niċċajtaw … IMMA żgur li se jgħinna ninnavigaw tul it-triq tagħna fil-programm ta’ avvenimenti li jmiss li se nvaraw aktar kmieni milli qed taħsbu … agħtuna daqqa t’id u mlew l-istħarriġ tagħna billi tikklikkjaw din il-link… Sinċerament nixtiequ nisimgħu mingħandkom.

Minn provi għal sejħiet tal-awdizzjonijiet, id-9 ta’ Awwissu huwa l-aħħar ċans li intom l-artisti nisa għandkom biex tapplikaw għas-sejħa tal-awdizzjonijiet tagħna għal Qtates ta’ max-Xatt. M’intix ċerta dwar xiex qed nitkellmu? Mela aqbad u kklikkja hawn u ara kif dan il-proġett ġenjali tagħna li jaqbad l-opra maħbuba għat-tfal li hija bbażata fuq il-ktieb oriġinali ta’ Clare Azzopardi u jaqlibha f’teatru tal-pupazzi. L-applikanti magħżula jiġu msejħa għal audition live aktar tard dan ix-xahar. X’qed tistenna? Applika issa!

L-applikazzjonijiet għall-Atelier Francis Ebejer se jiftħu wkoll fil-ġimgħat li ġejjin. Dan huwa ċ-ċans tiegħek li tifforma parti mit-tieni sena tal-Atelier. Il-proġett huwa mmexxi minn Teatru Malta, u jiġbor flimkien applikanti xierqa li huma interessati jiffurmaw parti minn dan il-grupp ikkurat ta’ individwi biex jiddiskutu, jaħdmu, jaqraw, u jikkritikaw it-teatru. L-għan ewlieni tal-proġett huwa li jservi ta’ pjattaforma għal diskussjonijiet miftuħa dwar it-teatru li tippermetti lill-applikanti jsiru parteċipanti fil-promozzjoni tal-industrija tagħna għal waħda professjonali. L-Artisti Assoċjati ta’ Teatru Malta flimkien mad-diretturi artistiċi ta’ Teatru Malta, Spazju Kreattiv, u Teatru Manoel se jikkollaboraw fuq dan bil-għan li jgħinu lil dawk li jagħmlu t-teatru permezz ta’ mezzi bħall-ħolqien ta’ workshops, konsulenzi, qari ta’ skripts, u saħansitra jtellgħu xi xeni. L-applikazzjonijiet se joħorġu dalwaqt.

L-aktar proġett ġdid u reċenti tagħna, Każin 60+, se jkun qed iniedi sejħa ta’ interess aktar tard fil-ġimgħat li ġejjin! Nistħajlukom tistaqsu, x’inhu dan? Tajjeb ngħidu biss li din is-sejħa hija maħsuba għal adulti anzjani li huma interessati jitgħallmu aktar dwar it-teatru. Dan il-proġett se jkun pjaċevoli u mimli logħob tat-teatru, improviżazzjonijiet, moviment u kant, kollha jsiru fi spazju kreattiv li jinqasam u jitgawda ma’ persuni li jaħsbuha l-istess minn oqsma differenti tal-ħajja. Dan huwa mod perfett biex tagħmel ħbieb ġodda u ovvjament titgħallem xi kapaċitajiet teatrali wkoll! Jekk int interessat li tifforma parti minn din il-komunità allura jekk jogħġbok żomm għajnejk fuq dan l-ispazju għal aktar aġġornamenti.

L-aħħar iżda żgur li mhix l-inqas aħbar tagħna hija dwar il-fatt li r-reġistrazzjonijiet għall-konferenza ETC se jitniedu ftit tal-ġimgħat oħra! Diġà ilna ngħidu ħafna dwar kemm aħna eċċitati li se nospitaw dan l-avveniment prestiġjuż fuq ix-xtut tagħna bl-appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti, it-Teatru Manoel u Spazju Kreattiv!

#TakeOverThursday: Sean Borg

🇲🇹Għada ser nafdaw ir-riedni tal-midja soċjali ta’ Teatru Malta f’idejn l-kantant, mużiċist u attur Sran Borg 🚗🔥🔥. Sean żgur mhuwiex isem ġdid fix-xena tal-arti, fil-qalba ta’ liema ilu jaħdem għal bosta snin. Ħaga tal-għaġeb kif bħalissa qed jirnexxilu jlaħħaq ma’ elf proġett, fosthom il-parteċipazzjoni fir-R&D tagħna dwar Il-Fidwa tal-Bdiewa! Għaldaqstant, jekk għandkom aptit tkunu tafu iktar dwar kif Sean iqatta’ l-ġurnata tiegħu, idħlu agħtuh daqqa t’għajn 👀

Sejħa għall-Awdizzjonijiet

Jgħidu li l-qtates għandhom sebat irwieħ, issa jekk hux vera jew le ma nafux. Li nafu huwa li l-qtates adorabbli tagħna waslu għat-tieni waħda! Minflok l-opra, issa imxejna lejn derha ġdida għalkollox  😺 Imma għandna bżonn l-għajnuna tiegħek biex din ir-rappreżentazzjoni tat-teatru tal-pupazzi tkun tista’ tibda! L-istess storja li tmisslek qalbek, l-istess karattri maħbubin, iżda did-darba se jagħtu lill-udjenzi tagħna xi ħaġa ġdida bit-tmexxija ta’ Sean Briffa.

Jekk int interessata fit-teatru tat-tfal u int interessata li tesplora d-dinja tal-pupazzi allura niżżel is-sejħa tal-awdizzjoni tagħna llum. L-iskadenza biex tapplika hija d-9 ta’ Awwissu 2021.

#TakeOverThursday: Dorian Mallia

Għada se nċaqilquk b’xi żifna jew tnejn jew tlieta … għax il-midja soċjali taghna se nħalluha f’idejn wieħed mill-aqwa żeffiena tal-pajjiż, is-Sur Moveo nnifsu! Sinjuri, niqgħu magħna u nagħtu applawż liż-żeffien u direttur artistiku ta’ Moveo Dance Company Dorian Mallia ! Iżda l-iktar ħaġa importanti hi li tidħlu ssegwu 🙂 🕺

L-AVVIZI: LULJU 2021

Qed tħossuha s-sħana? Tiċċajta! Però dan mhux se jwaqqafna, kemm nindilku bis-sunblock u nħejju ruħna għall-eċċitament tax-xhur li ġejjin.

 Teatru Redifjuxin, is-serje ġdida ta’ podcasts tagħna għaddejja sew u diġà intervistajna lid-direttur tal-Proġett Manwel Dimech, Victor Jacono, kif ukoll lid-direttur tal-moviment ta’ Nouveau Riche, Dorian Mallia. Waqt li qed tistenna bil-paċenzja t-tielet episodju tagħna li għandu joħroġ fl-aħħar ta’ Lulju, għaliex ma tismax l-ewwel 2 episodji? Huma twal biss madwar 20 minuta, perfetti għall-waqt li tkun qed issuq lejn ix-xogħol filgħodu, speċjalment jekk ikun hemm balla traffiku.

L-atturi li se jissejħu lura wara l-awdizzjonijiet virtwali tal-Proġett Manwel Dimech se jkunu qed jagħmlu awdizzjonijiet bi preżenza fiżika u mhux virtwalment (bilkemm irridu nemmnu li qed ngħidu hekk) f’Lulju, hekk kif nersqu eqreb lejn il-provi b’antiċipazzjoni tal-premiere kbir tal-ispettaklu f’Diċembru. Sejħa oħra għall-provi se tinħareġ ukoll dan ix-xahar, iżda din id-darba qed infittxu mara kapaċi tħaddem il-pupazzi! Hekk hu! Il-favorita tal-2019 – Il-Qtates ta’ max-Xatt – se tkun qed tirritorna dalwaqt u titmexxa minn ħadd ħlief l-imgħallem tal-pupazzi nnifsu, Sean Briffa. Żomm għajnejk miftuħin għax qatt ma tista’ tobsor x’tip ta’ inkwiet jistgħu jidħlu fih dawn il-qtates meta jitħallew waħedhom!

Grazzi lil dawk kollha li applikaw biex jiffurmaw parti mit-tim tar-riċerka u l-iżvilupp ta’ Fidwa tal-Bdiewa. Għandna seba’ mitt sena biex narawkom taħdmu mal-aħwa The New Victorians matul dan il-workshop intensiv ta’ tlett ijiem, aktar tard dan ix-xahar. M’hemm xejn aħjar minn xogħol kreattiv f’tim biex jgħinna negħlbu s-sħana, ma taħsibx? Għandna ġenn biex naraw biex se toħorġu!

Fl-aħħar iżda ċertament mhux l-inqas, Teatru Malta għandu xi aħbar eċċitanti; kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Istudji tat-Teatru tal-Università ta’ Malta biex joffri borża ta’ studju li twassal għal … drum roll jekk jogħġbok maestro … PhD fit-Teatru! Il-kandidat li jirnexxi se jaħdem biex jikkontribwixxi għad-dokumentazzjoni u l-analiżi kritika tal-istorja tax-xogħol teatrali lokali. Waqt li jaħdem jew taħdem taħt is-superviżjoni tal-Prof. Vicki Ann Cremona u ta’ Dr Marco Galea, il-kandidat jew kandidata se jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom id-database tar-rekords impressjonanti ta’ dan id-dipartiment. Aktar informazzjoni dwar kif tapplika ser tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin allura ibqa’ sintonizzat magħna, għax il-futur tal-istorja tat-teatru tagħna jiddependi minn hekk!

Jekk ma tħobbx taqra fit-tul tista’ tagħżel il-verżjoni ta’ bulletini ta’ dawn l-avviżi billi tikklikkja hawn … Għaliex ma għidniex dan fil-bidu? Għax probabbilment ma kontx taqra s’hawn kieku, le?

 

Teatru Redifjuxin Ep2: Dorian Mallia

Waslet it-tieni puntata ta’ Teatru Redifjuxin u bla telf ta’ ħin se niżvelaw min huwa t-tieni mistieden tagħna … Ħadd ħlief id-direttur tal-moviment ta’ Nouveau Riche, Dorian Mallia! Idħlu biex tisimgħu lil Dorian:

🎙Jikxef xi dettalji minn wara l-kwinti dwar Simon Bartolo u Nouveau Riche
🎙Jgħidilna dwar iż-żmien li qatta’ Londra
🎙️Jispjegalna x’ġara eżattament fuq il-palk! 😳

Dan u aktar fuq soundcloud -> ismagħna hawn 🎧

@teatrumalta

#TeatruRedifjuxin ma’ Dorian Mallia #fyp #foryoupage #foryoupagemalta #fypmalta

♬ original sound – Teatru Malta

#TakeoverThursday: Alex Weenink

It-#takeoverthursday ta’ għada ġie fdat f’idejn l-attur u bniedem tat-teatru Alex Weenink😊! Meta ma jkunx qed jipparteċipa f’workshops jew jirreċta fi produzzjonijiet tal-isem bħall-produzzjoni tagħna “Pope Joan” fl-2019, Alex iħobb iżomm ruħu okkupat billi jagħmel dak li jagħmlu l-aħjar in-nies tat-teatru, jippjana u jimmaġina … kurjuż biex tara x’qed jagħmel? Nistgħu biss nittamaw li jikxef xi ftit minn dak li għaddej minnu, imma aħna naħsbu li niskopru biss jekk insegwuh!

Cast Announced: Nouveau Riche

Teatru Malta b’kollaborazzjoni ma’ Moveo Dance Company huma kburin li fl-aħħar iħabbru l-kast għall-produzzjoni li jmiss fl-2022 Nouveau Riche! Ma nistgħux inkunu aktar eċċitati meta naraw liż-Żeffiena tal-Moveo Dance Company jaħdmu id f’id mal-atturi Antonella Axisa, Sean Briffa, u Victor Debono biex jagħtu ħajja d-dramm ta’ Simon Bartolo u b’koreografija ta’ Dorian Mallia ❤️ ibqgħu attenti għal aktar aġġornamenti u agħtu ħarsa lejn xi siltiet minn l-iktar qari reċenti tagħna tal-iskritt Nouveau Riche!

Kast:
Moveo Dance Company
u
Antonella Axisa,
Sean Briffa,
Victor Debono