SEJĦA GĦAL SERVIZZ: Superviżur tal-Kostumi

13.02.23

Qed infittxu li ningaġġaw persuna esperjenzata u entużjasta biex tagħti servizz ta’ Superviżur tal-Kostumi għal medja ta’ 30 siegħa fil-ġimgħa, biex jappoġġjana fl-iżvilupp u t-twassil tal-programm artistiku ta’ Teatru Malta billi jmexxi u jieħu ħsieb il-kostumi kollha tal-kumpanija, u jimmaniġġja l-iskedi u l-kiri ta’ oħrajn skont il-bżonn, għal kull produzzjoni. Is-Superviżur tal-Kostumi jirrapporta lill-Kap tal-Produzzjonijiet.

L-applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumentazzjoni neċessarja, u Curriculum Vitae dettaljat għandhom jintbagħtu fuq contact@teatrumalta.org.mt sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn, 13 ta’ Frar 2023, f’nofsinhar. L-applikanti għandu jkollhom numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT validu.

Il-fornitur ta’ servizz magħżul ser ikun responsabbli għall-kontribuzzjonijiet tat-tassazzjoni u s-sigurtà soċjali kollha rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.