Sejħa għas-Servizzi: Maniġer tal-Brand u tal-Marketing

24.04.23

Aħna qed infittxu li nqabbdu fornitur tas-servizz esperjenzat u entużjast biex iservi bħala Maniġer tal- Brand u tal-Marketing għal medja ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa, biex joħloq, ifassal strateġiji u jimplementa kampanji ta’ marketing u inizjattivi tal-brand fil-kalendarju tal-avvenimenti ta’ Teatru Malta u fil-branding u l-marketing ġenerali tal-kumpanija. It-terminu maħsub huwa għal tliet (3) snin li jibda mill-15 ta’ Mejju 2023, inkluż il-perjodu ta’ trasferiment mill-Eżekuttiv tal-Brand u tal-Marketing attwali.

L-applikazzjonijiet, flimkien ma’ d-dokumentazzjoni meħtieġa, ittra ta’ akkumpanjament, u Curriculum Vitae dettaljat għandhom jaslu għand contact@teatrumalta.org.mt sa mhux iktar tard mill-24 ta’ April 2023 f’nofsinhar biex jiġu intervistati fit-2 u fit-3 ta’ Mejju 2023, matul il-ġurnata.