Sejħa għas-Servizzi: Kap tal-Produzzjonijiet (kopertura tal-leave tal-maternità)
21.04.23Aħna qed infittxu li nqabbdu fornitur tas-servizz esperjenzat u entużjast biex iservi bħala Kap tal- Produzzjonijiet għal medja ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa, biex imexxi l-programm tal-produzzjonijiet ma’ Teatru Malta, fl-operazzjonijiet u l-amministrazzjoni tiegħu.
It-terminu maħsub huwa għal sena (1) li jibda mill-15 ta’ Mejju 2023, biex iservi bħala kopertura tal-leave tal-maternità.
Il-Kap tal-Produzzjonijiet jirrapporta lid-Direttur Artistiku/Direttur Ġenerali ta’ Teatru Malta u lid-Direttur (Servizzi Korporattivi) tal-Kunsill Malti għall-Arti.
L-applikazzjonijiet, kompletati mid-dokumentazzjoni meħtieġa, ittra ta’ akkumpanjament, u Curriculum Vitae dettaljata għandhom jaslu għand contact@teatrumalta.org.mt sa mhux iktar tard mill-21 ta’ April 2023, nofsinhar, biex jiġu intervistati fl-24 u fil-25 ta’ April 2023, matul il-ġurnata.