SEJĦA GĦALL-ATTURI: GUTZ

22.11.23

Teatru Malta qed ifittex tliet (3) atturi biex jieħdu sehem f’ ‘GUTZ’ – reċta, l-ewwel waħda tax-xorti tagħha, hekk kif se tittella’ fi sfond ta’ klassi. Din ir-reċta mistennija tittella’ fil-kulleġġi tas-sixth form ta’ Malta u Għawdex kif ukoll f’Nova Gorica fi Slovenja, bejn Marzu u April 2024. 

SINOPSI TAL-ISKRIPT

Jack ilu sena sħiħa jidħol lura sixth form bil-moħbi.
Għala? Ħeqq, għax il-canteen għandha l-aqwa sausage rolls hux.
Imma mhux għalhekk biss.
F’dawk il-klassijiet, Jack u James inġibdu lejn xulxin… qabel ma nfirdu b’argument jaħraq.
F’dawk il-klassijiet, Ms Stefania qawwietlu qalbu… waqt li Ms Ciangura pruvat taqtagħhielu.
Jack ilu sena sħiħa jidħol lura sixth form bil-moħbi.
Għala? Għax ma jafx kif qatt ma rabba l-guts jgħid x’kellu jgħid f’dawk il-fucking klassijiet.
Dan huwa dramm għall-klassijiet tal-iskola tal-postsekondarja li jesplora kif iż-żgħażagħ, huma u jibdew jitfarfru, jindirizzaw it-temi tal-poter u l-mistħija, iqumu fuq saqajhom, u jsemmgħu leħinhom kontra min jipprova jsikkithom.

Din ir-reċta tfasslet parti mill-festival tad-drammaturgi, li mistenni jagħti spazju lix-xogħlijiet ġodda tat-8 membri teatrali tal-European Theatre Convention (ETC). It-tema ewlenija ta’ dawn ix-xogħlijiet hija dwar il-vuċi taż-żgħir fis-soċjetà.

Dawk l-atturi interessati qed jiġu mħeġġa japplikaw billi jissottomettu s-CV artistika tagħhom fuq hello@teatrumalta.org.mt mhux aktar tard minn l-Erbgħa 22 ta’ Novembru.