SEJĦA GĦAL: Supervisor tas-Sezzjoni tal-Kostumi
12.08.20Kuntratt għal Servizz
Supervisor tas-Sezzjoni tal-Kostumi
Bażi: Kuntratt għal servizz ta’ massimu ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa.
Ħlas: €12/siegħa + VAT b’limitu ta’ €9,500 + VAT f’sena
Tul ta’ żmien: sena
Teatru Malta hija l-kumpanija teatrali nazzjonali ta’ Malta, li tiffoka fuq l-iżvilupp tat-teatru fil-gżejjer Maltin.
Qegħdin infittxu fornitur ta’ servizz b’esperjenza u entużjażmu biex iservi bħala Koordinatur tal-Kostumi, biex jappoġġja lit-tim ta’ Teatru Malta fil-ġestjoni u ż-żamma tas-Sezzjoni tal-Kostumi estensiva tal-kumpanija nazzjonali tat-teatru.
Is-Supervisor tal-Kostumi jirrapporta lil-Maniġer tal-Amministrazzjoni ta’ Teatru Malta.
Dmirijiet u responsabbiltajiet
Il-persuna magħżula tkun responsabbli li:
- Iżżomm il-kollezzjoni ta’ kostumi u aċċessorji fis-sezzjoni tal-kostumi ta’ Teatru Malta billi tiddokumenta oġġetti ġodda miżjuda fis-sezzjoni tal-kostumi, tiddokumenta u taġġorna kwalunkwe tibdil fl-oġġetti kurrenti, tirranġa l-kostumi,u tissorvelja l-kiri ta’ oġġetti, tissorvelja s-self tal-kostumi lil produzzjonijiet ta’ Teatru Malta;
- Iżżomm u timmaniġġja database tal-kostumi f’kopja stampata, kopja elettronika u kif ukoll online, u tieħu nota ta’ dak li jinkera u l-iskadenzi tal-kirja, u biex l-oġġetti mikrija jiġu riflessi fil-verżjonijiet kollha tal-bażi tad-data tal-kostumi, kollha f’konnessjoni mal-Maniġer tal-Amministrazzjoni;
- Tittabella l-kostumi u l-aċċessorji fis-sezzjoni tal-kostumi ta’ Teatru Malta fi żmien xieraq;
- Tidentifika l-kostumi u l-aċċessorji li jeħtieġu aktar attenzjoni rigward ħjata eċċ;
- Taħdem u tikkoordina mad-diretturi u d-disinjaturi tal-kostumi biex jintgħażlu l-kostumi meħtieġa fis-sezzjoni tal-kostumi ta’ Teatru Malta għall-estetika mixtieqa tal-proġetti;
- Tissorvelja l-proċess tal-kiri tal-kostumi u l-aċċessorji;
- Tnaddaf il-kostumi mikrija fi żmien xieraq;
- Tikkoordina mal-Maniġer tal-Amministrazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-manutenzjoni tas-sezzjoni tal-kostumi;
- Tikkoordina mal-Maniġer tal-Amministrazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-kiri ta’ kostumi u aċċessorji;
- Taġġorna l-Katalgu tas-sezzjoni tal-kostumi bi kwalunkwe tibdil ġdid fis-sezzjoni tal-kostumi kif ukoll kostumi u aċċessorji ġodda;
- Taħdem fuq kull tibdil żgħir mitlub fuq kostumi li jinkludi imma mhux limitat għal kfief eċċ u kif approvat mill-Maniġer tal-Amministrazzjoni u d-Direttur Artistiku;
- Tikkoordina mal-Maniġer tal-Amministrazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-akkwist ta’ materjali meħtieġa għall-manutenzjoni tas-sezzjoni tal-kostumi;
- Tkun disponibbli biex tirranġa kwalunkwe ħsarat fuq il-kostumi u / jew aċċessorji matul il-perjodu tal-provi u l-ispettaklu nnifsu ta’ kull proġett ta’ Teatru Malta;
- Tkun disponibbli għal-laqgħat inklużi laqgħat fuq il-post, kif u meta jkun meħtieġ minn Teatru Malta;
Ħiliet u kompetenzi
L-applikanti għandhom, sad-data tal-għeluq tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, ikollhom:
- Bejn 5 u 10 snin esperjenza ta’ xogħol rilevanti, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħjata, il-kostumi u ż-żamma tal-gwardarobba fis-setturi kulturali u kreattivi.
- Rekord pruvat ta’ twassil skont l-iskadenzi.
- Għarfien u interess estensivi fis-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta.
- Kapaċità li jistabbilixxu u jżommu relazzjonijiet pożittivi ma’ varjetà ta’ kollaboraturi u partijiet interessati.
- Profiċjenza fl-Ingliż u l-Malti, b’ħiliet eċċellenti ta’ komunikazzjoni bil-fomm u bil-miktub;
- Smigħ u ħiliet interpersonali eċċellenti.
- Entużjażmu u motivazzjoni biex iwasslu l-viżjoni ta’ Teatru Malta.
- Kapaċi jaħdmu kemm b’mod indipendenti kif ukoll fi ħdan tim, b’attenzjoni għad-dettall.
Kundizzjonijiet tas-Servizz Anormali
- Kapaċità li taħdem taħt pressjoni.
- Flessibbli biex taħdem fi tmiem il-ġimgħa u filgħaxija, ibbażat fuq ftehim reċiproku mal-Maniġer tal-Amministrazzjoni
Sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet, sostnuti mid-dokumentazzjoni meħtieġa, li għandhom jinkludu C.V. dettaljat għandhom jaslu għand contact@teatrumalta.org.mt sa mhux aktar tard mit-12 ta’ Awwissu 2020, f’nofsinhar.
L-applikanti għandu jkollhom numru tar-reġistrazzjoni validu tal-VAT. Il-fornitur tas-servizz li jintgħażel se jkun responsabbli għat-taxxa u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kollha rilevanti kif mitlub mil-leġiżlazzjoni nazzjonali