SEJĦA GĦAL PRODUCTION MANAGER (FULL-TIME)

16.05.22

Aħna qegħdin infittxu fornitur ta’ servizz esperjenzat u entużjast biex iservi bħala Production Manager għal medja ta’ 40 siegħa kull ġimgħa biex jagħti appoġġ fl-iżvilupp u l-kunsinna tal-programm artistiku billi jikkoordina u jimmaniġġja produzzjonijiet fi ħdan ilkalendarju tal-avvenimenti ta’ Teatru Malta u jorganizza l-loġistika
għall-kunsinna ta’ dan il-programm. Il-Production Manager jaqa’ taħt il-Head of Productions.

L-applikanti interessati huma meħtieġa jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni flimkien mas-CV lil contact@teatrumalta.org.mt. Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija s-16 ta’ Mejju 2022 f’nofsinhar. L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista ta’ għażla.