SEJĦA GĦAL: Bennej/Prokuratur tas-Sett u tal-Props – MAGĦLUQA
14.02.20Teatru Malta qed ifittxu li jimpjegaw fornitur ta’ servizz b’esperjenza u entużjażmu biex iservi ta’
Bennej/Prokuratur tas-Sett u tal-Props
Bennej/Prokuratur tas-Sett u tal-Props: biex jappoġġja t-tim tal-amministrazzjoni ta’ Teatru Malta fit-twassil tal-prodott viżiv mixtieq tiegħu billi jibni jew jipprokura settijiet u props fi ħdan il-programm artistiku tat-teatru nazzjonali. Il-Bennej/Prokuratur tas-Sett u tal-Props jirrispondi għad-Direttur Artistiku ta’ Teatru Malta.
Bażi: Kuntratt għal servizz fuq medja ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa
Ħlas: €12/siegħa + VAT sa massimu ta’ €9,500 + VAT f’sena
Tul tal-Kuntratt: Sena
Nizzel l-applikazzjoni tiegħek minn hawn!
Preżentazzjoni tal-Applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet, sostnuti bid-dokumentazzjoni meħtieġa, li għandhom jinkludu Curriculum Vitae dettaljat, għandhom jaslu għand contact@teatrumalta.org.mt sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Frar 2020, f’nofsinhar.
L-applikanti għandu jkollhom numru tar-reġistrazzjoni validu tal-VAT. Il-fornitur tas-servizz magħżul se jkun responsabbli għat-taxxa u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kollha rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.